National Teams
Malta taċċerta kwalifikazzjoni għall-Finali tal-Promozzjoni tal-Euro Beach Soccer League
Published: 28-07-2025 18:53
It-team nazzjonali Malti tal-Beach Soccer aċċerta kwalifikazzjoni għall-Finali tal-Promozzjoni tal-Euro Beach Soccer League li se ssir fi Viareggio, l-Italja, f’Settembru li ġej.
Dan wara li t-team, immexxi mill-coach, Marco Casarsa, ta wirjiet impressjonanti fid-Diviżjoni B tal-Euro Beach Soccer League, f’Castellammare di Stabia, matul tmiem il-ġimgħa, fejn assigura t-tielet post wara l-ewwel rebħa storika fil-kompetizzjoni kontra n-Norveġja.
Il-logħba kienet segwita minn żewġ telfiet kontra r-Rumanija u l-Kazakhstan, li matulhom it-team ipproduċa wirjiet formidabbli, iżda ġie eliminat bl-iskors ta’ 6-2 u 5-4, rispettivament.
B’riżultat ta’ dan, Malta issa se tieħu sehem fil-Finali tal-Promozzjoni fi Viareggio, b’opportunità li tiżgura l-promozzjoni għad-Diviżjoni A tal-kompetizzjoni.
Minbarra Malta, it-timijiet l-oħra li kkwalifikaw għall-Finali tal-Promozzjoni jinkludu lill-Litwanja, lill-Azerbaijan, lill-Belġju, kif ukoll lill-Kazakhstan u lir-Rumanija, tnejn mit-tliet timijiet li Malta ffaċċjat fid-Diviżjoni B.
It-timijiet se jinqasmu f’żewġ gruppi ta’ tliet timijiet kull wieħed, bir-rebbieħa ta’ kull grupp jirbaħ il-promozzjoni għad-Diviżjoni A.