National Teams
It-team nazzjonali Malta jitla' post wieħed fir-rankings tal-FIFA
Published: 10-07-2025 14:36
It-team nazzjonali Malti tela’ post wieħed fir-rankings tal-FIFA wara li ġiet ippubblikata l-klassifika ġdida, nhar il-Ħamis 10 ta’ Lulju, 2025.
It-team nazzjonali tela’ fil-168 post fil-klassifika wara l-logħbiet internazzjonali ta’ Ġunju fejn Malta rreġistrat draw ta’ mingħajr goals kontra l-Litwanja iżda sofriet telfa kontra l-ġganti Ewropej, l-Olanda.
Skont il-klassifika, Malta tinsab fil-51 post fl-Ewropa, qabel Andorra (174 post), Ġibiltà (199 post), Liechtenstein (204 post) u San Marino (210 post).
It-team nazzjonali ma jinsabx ’il bogħod mill-Moldova (154 post), u għalhekk il-partita internazzjonali ta’ Settembru se toffri opportunità għal Malta biex tkompli titla’ fil-klassifika.
Il-logħba li jmiss għal Malta hija dik barra minn xtutna valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dina 2026, hekk kif tivvjaġġa lejn il-Litwanja għall-partita tal-4 ta’ Settembru, fid-8.45pm.
Dan il-perjodu se jinkludi wkoll logħba kontra avversarji li għadhom iridu jiġu determinati.