National Teams

MALTA SSOFRI TELFA F’DARNA KONTRA L-BELARUS

Published: 10-10-2025 21:48
Malta U19 1-3 Belarus U19 - 10.10.25.jpg
Malta U19 1-3 Belarus U19 - 10.10.25 (4).jpg
Malta U19 1-3 Belarus U19 - 10.10.25 (2).jpg
Malta U19 1-3 Belarus U19 - 10.10.25 (1).jpg
Malta U19 1-3 Belarus U19 - 10.10.25 (5).jpg
Malta U19 1-3 Belarus U19 - 10.10.25 (3).jpg
Malta U19 1-3 Belarus U19 - 10.10.25 (6).jpg
Malta U19 1-3 Belarus U19 - 10.10.25 (8).jpg
This article is also available in English.

U19 INTERNATIONAL FRIENDLY
10.10.2025
Centenary Stadium, Ta' Qali

MALTA...1
BELARUS...3
(HT 1-0)

25' Thomas Melillo (MLT), 50' Artsom Akatou (BLR), 61' Daniel Volski (BLR), 81' Stanislau Kazmerchuk (BLR)

It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-19-il sena, sofra telfa ta’ 3-1 meta ospita lil Belarus fl-ewwel minn żewġ partiti ta’ ħbiberija.  

Il-Maltin kellhom bidu b’saħħtu u fil-25 minuta ġew ippremjati  meta Thomas Melillo ta’ Valletta FC spara l-ballun fix-xibka minn pożizzjoni ideali. 

Il-partita kompliet b’ħafna logħob f’nofs il-ground, mingħajr ma ġew reġistrati opportunitajiet perikolużi lejn il-lasti avversarji matul l-ewwel taqsima.

Il-Belarus għamlu reazzjoni u ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima huma kisbu d-draw meta Artsom Akatou għeleb lill-goalkeeper Malti permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Il-Belarussi komplew jiddettaw il-logħob u fit-61 minuta marru fil-vantaġġ meta Daniel Volski, skorja b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ.

Il-viżitaturi baqgħu perikolużi minkejja li l-Maltin ippressaw għall-goal tad-draw. 

Fil-81 minuta, is-sostitut Stanislau Kazmerchuk skorja t-tielet goal għal Belarus meta kkonkluda b’kalma kbira.

Iż-żewġ naħat jerġgħu jiltaqgħu nhar it-Tnejn, 13 ta’ Ottubru 2025, fis-6.00 pm, hekk kif il-Maltin ifittxu li jirkupraw u jimmiraw għal riżultat pożittiv.

Malta
1 Carlos Camilleri, 5 Sheldon Borg, 15 Nathan Joyce (7 Jean Borg, 69’), 13 Aidan Agius (26 Ben Gaerty, 84’), 3 Malik Marwan Amin (21 Adam Aquilina, 69’), 6 Dejan Farrugia (10 Cristian Vella Gonzalez, 84’), 25 Jack Camilleri (24 Andreas Vella, 69’), 18 Shaun Xiberras (17 Adam Vella, 57’), 8 Thomas Melillo (11 Jake Borg, 84’), 20 Emerson Piscopo (19 Lyon Abela, 57’), 22 Nathan Zerafa
Coach: Vasco Regini

Belarus
12 Makar Maslenkae, 5 Pavel Apatsionak, 14 Artsom Akatou (22 Maksim Sakuta, 74’), 21 Matsvei Bakhno (3 Maksim Autka, 74’), 15 Artsem Hrabtsevich (8 Alaksandr Dziarzhynski, 67’), 10 Erykh Mikanovich (13 Hleb Mishyn, 74’), 7 Tismaifei Tkachou (4 Arsen Stanul, 57’), 17 Daniil Haliata (2 Stanislau Kazmerchuk, 74’), 11 Daniel Volski (6 Siarhei Zhyvusska, 67’), 25 Kiryl Apanasevich, 20 Bahdan Huseij (19 Yahor Molohan, 67’)
Coach: Siathei Sasnouski