National Teams

JITTELLGĦU L-POLOZ TAŻ-ŻONA EWROPEA TAT-TAZZA TAD-DINJA TAL-FUTSAL 2028

Published: 12-12-2025 16:34
Futsal Draws.jpg
This article is also available in English.

Fit-tlugħ tal-poloz li saru, nhar il-Ġimgħa, fil-Kwartieri Ġenerali tal-UEFA f’Nyon, Malta ttellgħet fi Grupp A tar-Round Preliminari tal-kwalifiki taż-żona Ewropea tat-Tazza tad-Dinja,  flimkien mad-Danimarka (li se jkunu qed jospitaw dan it-tournament), Andorra u l-Iskozja.

L-aqwa żewġ timijiet javvanzaw għal Main Round li jinkludu l-24 team l-aktar li jkunu klassifikati.

Ir-Round Preliminari se jkun qed jintlagħab bejn is-6 u l-15 ta’ April 2026.

Mark Marlow, Direttur tat-Team Nazzjonali tal-Futsal; Manuel Cini, Manager tat-Team u Mark Attard, Uffiċjal tal-Istampa, irrappreżentaw lill-Malta FA waqt it-tlugħ tal-poloz.