General

Uffiċjali għolja u diretturi tal-Malta FA impenjati f'avvenimenti tal-UEFA

Published: 03-07-2025 11:00
WhatsApp Image 2025-07-03 at 01.38.19.jpeg
WhatsApp Image 2025-07-03 at 11.07.03 (1).jpeg
This article is also available in English.

Numru ta’ uffiċjali għolja u diretturi tal-Malta FA kienu preżenti għal sensiela ta’ avvenimenti tal-football organizzati mill-UEFA matul l-aħħar ftit ġimgħat, u b’hekk komplew iżidu l-preżenza ta’ Malta fix-xena internazzjonali.

IL-PRESIDENT TAL-MALTA FA PREŻENTI FIL-KAMPJONATI EWROPEJ TAL-UEFA TA’ TAĦT IS-17 U TA’ TAĦT ID-19 U TAT-TAZZA TAR-REĠJUNI TAL-UEFA

Il-President tal-Malta FA, Bjorn Vassallo, fir-rwol tiegħu bħala President tal-Kumitat tal-Football tal-Youths u tal-Amateurs tal-UEFA, kien preżenti għall-Kampjonati Ewropej tal-UEFA ta’ Taħt is-17 u ta’ Taħt id-19-il sena  li saru matul Mejju u Ġunju fl-Albanija u r-Rumanija, rispettivament.

Il-Portugall rebħu l-kompetizzjoni ta’ Taħt is-17-il sena, filwaqt li l-Olanda rebħi t-trofew ta’ Taħt id-19-il sena.

Minħabba l-pożizzjoni tiegħu, is-Sur Vassallo kien preżenti wkoll għat-Tazza tar-Reġjuni tal-UEFA li saret f’San Marino dan is-sajf, bir-Reġjun ta’ Aragona (Spanja) jirbaħ it-tournament.

L-uffiċjal Malti qassam il-midalji lill-finalisti, filwaqt li ppreżenta wkoll it-trofew lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet.

ID-DEPUTAT SEGRETARJU ĠENERALI TAL-MALTA FA MAĦTUR DELEGAT TAL-UEFA GĦALL-KAMPJONAT EWROPEW TA’ TAĦT IL-21 SENA TAL-UEFA

Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Malta FA, Rodney Pisani, reċentement ġie fdat mill-UEFA fl-irwol ta’ Delegat għall-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt il-21 sena tal-UEFA li sar fis-Slovakkja.

It-28 edizzjoni tal-kompetizzjoni saret bejn il-11 u t-28 ta’ Ġunju, 2025.

Matul it-tournament, Rodney Pisani kien involut fi tliet logħbiet tal-fażi tal-gruppi li ntlagħbu fi Bratislava, partikolarment dawk Slovakkja vs Spanja, Rumanija vs Spanja u Rumanija vs Slovakkja. Huwa kien involut ukoll fis-semi-finali bejn l-Ingilterra u l-Olanda, kif ukoll fil-finali bejn l-Ingilterra u l-Ġermanja.

Fl-irwol tiegħu, huwa kien inkarigat bis-superviżjoni ta’ numru ta’ aspetti fl-organizzazzjoni tal-logħbiet, u jiżgura li dawn jitwasslu skont il-livelli tal-UEFA.

Din kienet l-ewwel darba li d-Deputat Segretarju Ġenerali li nħatar dan l-aħħar kien involut f’kompetizzjoni ta’ livell daqshekk għoli, iżda s-Sur Pisani għen ukoll f’diversi inizjattivi importanti oħra organizzati mill-UEFA matul is-snin.

ID-DIRETTUR TAR-REFEREES TAL-MALTA FA JSERVI BĦALA OSSERVATUR GĦALL-KAMPJONAT EWROPEW TA’ TAĦT ID-19-IL SENA TAL-UEFA

Id-Direttur tar-Referees tal-Malta FA, Alan Mario Sant, dan l-aħħar serva bħala Osservatur tar-Referees tal-UEFA għall-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt id-19-il sena tal-UEFA.

Is-Sur Sant huwa referee b’esperjenza b’servizz ta’ 24 sena.

Matul it-tournament, huwa kien fdat bil-valutazzjoni, il-coaching u l-mentoring tar-referees li ġew maħtura għall-kompetizzjoni.

Huwa kien partikolarment involut fi tliet logħbiet tal-fażi tal-gruppi, il-partita inawgurali bejn ir-Rumanija u l-Montenegro, flimkien ma’ logħbiet fiż-żewġ ġranet sussegwenti, bejn il-Ġermanja u l-Ingilterra ... u l-Olanda u l-Ingilterra.

UFFIĊJALI MALTIN ​​JIKKONTROLLAW LOGĦBIET INTERNAZZJONALI

Numru ta’ uffiċjali Maltin  ikkontrollaw logħbiet fix-xena internazzjonali matul l-aħħar ftit ġimgħat. Mill-ġimgħa d-dieħla, ir-referees lokali tal-FIFA se jikkontrollaw logħbiet mill-kompetizzjonijiet tal-clubs tal-UEFA.

Aktar informazzjoni dwar kull ħatra hija:

- Ir-Referee tal-FIFA, Ishmael Barbara, se jservi fit-Tournament Finali tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA ta’  taħt il-21 sena

- Uffiċjali  Maltin se jirrappreżentaw lil Malta fit-Tournament Maurice Revello 2025

- Uffiċjali Maltin se jikkontrollaw logħba tal-Premier League Libjana