General

Id-Dipartiment tal-FSR tal-MFA jipparteċipa f'attività, qabel il-logħba mill-Kampjonat Ewropew tan-Nisa 2025 bejn l-Italja u Spanja

Published: 14-07-2025 10:15
UEFA FSR Event 5.jpg
UEFA FSR Event 2.jpg
UEFA FSR Event 4.jpg
UEFA FSR Event 3.jpg
This article is also available in English.

Id-Dipartiment tar-Responsabbiltà Soċjali tal-Football (FSR) tal-Malta FA dan l-aħħar ikkollabora mal-UEFA Foundation biex jipparteċipa f’attività qabel logħba mill-Kampjonat Ewropew tan-Nisa 2025.

L-avveniment, li sar nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju 2025, ra grupp ta’ tfal isegwu lit-timijiet tal-Italja u ta’ Spanja qabel il-konfront tagħhom fil-Fażi tal-Gruppi fl-Istadium Wankdorf fl-Iavizzera, fis-Centenary Hall, f’Ta’ Qali,  permezz ta’ robot tat-telepresence.

It-Telepresence Robot huwa robot ikkontrollat mill-bogħod, mgħammar b’kamera, video screen, mikrofonu u kelliema, li jippermetti lill-individwu jimmanuvrah mill-bogħod biex jesperjenza post partikolari u jinteraġixxi man-nies li jkunu fuq il-post.

Ir-robot, magħmul mill-kumpanija Franċiża tar-robotika “Awabot” u pprovdut mill-UEFA, ipprovda lit-tfal l-opportunità li jżuru l-istadium, il-kmamar tal-ilbies tat-timijiet, u jitkellmu ma’ individwi fil-post waqt avveniment ta’ sagħtejn li sar qabel il-logħba. It-tfal operaw ir-robot u interagixxew mal-players u l-istaff b’mod dirett.

Fost il-parteċipanti kien hemm tfal mill-proġett tal-Fondazzjoni UEFA tal-FSR Malta bl-isem ‘Being There’, b’kollaborazzjoni mar-Richmond Foundation. Barra minn hekk, kien hemm ukoll 13-il tifel u tifla miċ-ċentri, kif ukoll żgħażagħ minn Special Olympics.

It-tfal gawdew l-esperjenza unika u indimentikabbli, li ppermettitilhom jieħdu idea ta’ laqgħa ta’ profil għoli.