National Teams
MALTA, B’TEAM ŻAGĦŻUGĦ, TAGĦLAQ IL-KWALIFIKAZZJONI EWROPEJ B’TELFA KONTRA T-TURKIJA
Published: 09-06-2026 21:11






2027 Tazza tad-Dinja tan-Nisa – Kwalifikazzjoni tal-Ewropa – Grupp B2
Centenary Stadium, 09.06.2026
MALTA…0
TURKIJA…3
(HT 0-2)
7’ Alexandra Gatt (OG) (TUR), 38’ Ece Türkoğlu (TUR), 52’ Selen Altunkulak (TUR)
It-Team Nazzjonali tan-Nisa ta’ temm il-kampanja tiegħu ta’ Kwalifikazzjoni Ewropea b’telfa f’darna kontra t-tim b’saħħtu tat-Turkija, wara konfront li ntlagħab it-Tlieta filgħaxija.

Il-logħba bdiet b’mod bilanċjat, iżda kienu l-viżitaturi li fetħu l-iskor meta, fis-seba’ minuta, kross perikoluż mil-lemin intlagħab fil-kaxxa l-kbira u bil-ballun jaħbat ma’ Alexandra Gatt u jispiċċa fix-xibka Maltija.
It-Turkija setgħu irduppjaw erba’ minuti wara meta minn cross mil-lemin, id-daqqa ta’ ras ta’ player Torka ma kinetx preċiża bil-ballun jintemm fuq il-lasta.
Eventwalment Malta bdiet tibni aktar azzjonijiet u tkun aktar offensiva, b’Maria Farrugia u Kailey Willis jikkombinaw tajjeb bejniethom, għalkemm l-aħħar pass ma kienx tajjeb.
Madankollu, il-viżitaturi baqgħu jiddominaw il-logħob u fit-38 minuta rdoppjaw l-iskor meta azzjoni mibnija b’mod eċċellenti minn fuq ix-xellug, il-ballun wasal għand Ece Turkoglu li mill-viċin xeħtet il-ballun fix-xibka.
B’hekk, it-Torok għalqu l-ewwel taqsima f’vantaġġ ta’ żewġ goals, filwaqt li Malta kienet qed tfittex mod kif terġa’ tidħol fil-logħba.
Madankollu, il-viżitaturi ma damux iżidu l-vantaġġ tagħhom. Pass fit-tul fuq ix-xellug wassal għal kross insidjuż minn Ilayda Civelek lejn Selen Altunkulak li kienet fuq il-ġirja u b’xutt preċiż għelbet lil Maya Cachia.

Fid-59 minuta, Cachia wettqet save mill-aqwa meta dawret għal corner ix-xutt b’saħħtu ta’ Ebru Topcu.It-Turkija resqqu viċin li jżidu l-iskor, fit-63 minuta, meta Melike Ozturk sabet spazju fil-kaxxa Maltija, iżda x-xutt tagħha ntemm ftit għoli.
Fis-67 minuta, pass fit-tul sab lil Maria Farrugia fuq ix-xellug li bidlet il-ballun ma’ Rachel Cuschieri iżda l-konklużjoni kienet dgħajfa biex it-tentattiv tagħha ġie salvat minn Gamze Yaman.
Filwaqt li Malta ppruvat tagħmel reazzjoni, it-Torok komplew jikkontrollaw il-vantaġġ tagħhom biex il-partita ntemmet b’rebħa ta’ 3-0 għall-viżitaturi.
Din il-logħba serviet ukoll bħala opportunità għall-coach, Manuela Tesse, biex tagħti ċans lit-talent żagħżugħ, b’Nyorah Celeste u Amy Catania jagħmlu d-debutt tagħhom mat-team tal-kbar
Malta
23 Maya Cachia (GK), 2 Alexandra Gatt (18 Emma Xuereb, 70’), 3 Tammy Falzon (13 Amy Catania, 78’), 4 Emma Lipman (C), 7 Emma Flannery (15 Veronique Mifsud, 84’), 8 Rachel Cuschieri, 9 Kailey Willis, 10 Maria Farrugia, 11 Jade Flask (19 Nyorah Celeste, 70’), 14 Shona Zammit, 17 Brenda Borg (20 Nicole Sciberras, 70’)
Coach: Manuela Tesse
Turkija
23 Gamze Yaman (GK), 3 Fatma Şakar (18 Ece Tekmen, 79’), 4 Eda Karataş, 6 Selen Altunkulak, 8 Melike Pekel (22 Melike Öztürk, 56’), 10 Ebru Topçu (C), 11 Miray Cin (13 Vildan Kardesler, 56’), 15 Kezban Tağ, 16 Ece Türkoğlu (9 Kader Hançar, 46’), 17 İlayda Civelek, 20 Cansu Kaya (14 Halle Houssein, 46’)
Coach: Necla Gungor Kiragasi
Referee: Sabina Bolic (CRO)
Karti Sofor: Kezban Tağ (TUR), Tammy Falzon (MLT), Shona Zammit (MLT)