National Teams

MALTA MĊAĦĦDA MINN REBĦA PERMEZZ TA’ PENALTY LEJN IT-TMIEM

Published: 04-09-2025 20:48
LIT MLT 07.jpeg
LIT MLT 06.jpeg
LIT MLT 04.jpeg
LIT MLT 05.jpeg
LIT MLT 03.jpeg
LIT MLT 01.jpeg
This article is also available in English.

TAZZA TAD-DINJA 2206
KWALIFIKAZZJONI TAL-EWROPA - GRUPP G
04.09.2025, Dariaus ir Girėno stadionas, Kaunas

LITWANJA…1
MALTA…1
(HT 0-0)

0-1 Satariano 83, 1-1 Gineitis, pen, 90+7.

Wirja qalbiena minn Malta ma kinitx biżżejjed biex it-team jikseb it-tliet punti  hekk kif fil-ħin miżjud sofra goal minn penalty diskutibbli.

Meta Alex Satariano fetaħ l-iskor b’xutt fix-saqaf tax-xibka lejn l-aħħar ħinijiet, Malti kienet riesqa lejn riżultat sorpriża iżda r-rebħa kienet tkun mistħoqqa wara prestazzjoni pożittiva. Madankollu, penalty fis-seba’ minuta tal-ħin miżjud, tappan għal kollox is-serata tal-Maltin, kontra team li eventwalment ma laħaqx il-livelli mixtieq fejn ħoloq xi ftit opportunitajiet iżda qatt ma impressjona.

Malta lagħbet partita kostruttiva u bla dubju wriet titjib meta mqabbla mal-partiti tal-bidu ta’ din il-kampanja. B’Matthew Guillaumier sospiż, u James Carragher flimkien mar-reġista tat-team, Teddy Teuma, barra mill-azzjoni minħabba injury, il-coach Malti, Emilio De Leo, kellu jagħmel xi tibdil fil-formazzjoni inizjali tiegħu. Fil-fatt, b’Henry Bonello, Satariano u l-aħwa Mbong, kien hemm biss erbgħa biss fil-formazzjoni inizjali li lagħbu fl-aħħar partita kontra l-Olanda li żammew posthom. Irvin Cardona, l-attakkant imwieled fi Franza ta’ St Etienne, li riċentement ikkonferma d-disponibbiltà tiegħu għal Malta, għamel id-debutt tiegħu, wieħed minn sitt players Maltin bbażati barra fil-formazzjoni inizjali.

Bonello kellu jidħol fl-azzjoni sa mit-tielet minuta, meta waqqaf attentat fuq il-lasta minn Gvidas Gineitis, midfielder ta’ Torino, li sab l-ispazju neċessarju fit-tarf tal-kaxxa ż-żgħira, bil-goalkeeper  ta’ Hamrun Spartans jevita goal bikri.

Fil-19-il minuta, Ilyas Chouaref kważi approfitta minn żball difensiv tat-team ospitu, iżda Klaudijus Upstas b’xi mod irnexxielu jikklerja l-ballun fl-aħħar mumenti. Ftit wara t-30 minuta, Bonello reġa’ kien attent meta salva b’mod spettakolari free-kick dirett ta’ Gineitis. Żewġ minuti wara, minn attakk ieħor veloċi ta’ Malta, l-isforz ta’ Joseph Mbong minn barra l-kaxxa intemm barra.

Fit-36 minuta, Edvinas Gertmonas għamel tajjeb biex waqqaf xutt baxx ta’ Paul Mbong, bil-goalkeeper Litwan ukoll jintervjeni fil-ħin fuq daqqa ta’ ras ta’ Satariano fir-rebound, b’Enrico Pepe jispara għoli. Lejn tmiem l-ewwel taqsima, iż-żewġ timijiet ħolqu xi opportunitajiet oħra iżda ż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fi draw ta’ mingħajr goals. 

Għalkemm il-konfront baqa’ bilanċjat wara l-mistrieħ, Malta ħolqot l-aqwa opportunitajiet. Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, xutt bid-dawra ta’ Satariano għadda ċentimetri minn fuq il-lasta liema tentattiv kien jistħoqqlu aħjar.

Fit-72 minuta, Malta ħolqot opportunità mill-isbaħ meta Cardona, li qatt ma waqaf jiġri, serva lil Chouaref, li għadda lejn Joseph Mbong, li qassam lil Satariano li kien żmarkat fil-kaxxa ż-żgħira. Iżda  Satariano ma rnexxilux jinkwadra l-lasti biex il-Litwani kklerjaw kull periklu. 

Fil-fażi sussegwenti, Malta rebħet diversi corners, b’Satariano għal darb’oħra jersaq viċin li jiftaħ l-iskor.

Iżda seba’ minuti mit-tmiem, il-Maltin fetħu l-iskor.  Minn kontrattakk veloċi mibdi minn Chouaref, Adam Magri Overend sab lil Satariano li, pożizzjonat ftit metri quddiem il-lasta avversarja,  kellu l-iktar kompitu faċli biex jitfa’ l-ballun fix-xibka, bil-goalkeeper Litwan jinqabad barra minn postu. Kien vantaġġ mistħoqq ħafna għall-viżitaturi, bil-Maltin issa kienu qrib  ir-raba’ rebħa f’round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Iżda minuta fil-ħin miżjud, il-Maltin spiċċaw jilagħbu b’10 player hekk kif is-sostitut Jake Azzopardi ntwera karta ħamra diretta wara intervent twil tal-VAR għal foul fuq Jankauskas liema deċiżjoni kienet waħda ħarxa.

L-affarijiet marru għall-agħar hekk kif, b’rebħa prezzjuża barra minn darna fil-viċin, Malta kkonċediet penalty meta l-captain Zach Muscat, minn azzjoni ta’ corner, allegatament żamm lil Edgardas Utkus fil-kaxxa – deċiżjoni kkonfermata wara l-VAR. Bonello mess il-ballun fix-xutt ta’ Gineitis minn 11-il metru, iżda l-ballun spiċċa fix-xibka.

It-team ospitu wkoll spiċċa l-partita b’10 players hekk kif Utkus ffawlja lil Shaw fl-aħħar minuti, u ngħata t-tieni karta safra tiegħu tal-lejla. Bit-team Malti viżibbilment diżappuntat mas-suffara finali, issa jirritorna lura Malta biex nhar it-Tlieta li ġej, jilgħab partita ta’ ħbiberija kontra San Marino, fl-Istadium nazzjnali, fid-9.00 pm.

Lithuania
Edvinas Gertmonas, Klaudijus Upstas (Tomas Kalinauskas 68), Edvinas Girdvainis, Edgardas Utkus, Artemijus Tutyskinas, Justas Lasickas, Modestas Vorobjovas (Romualdas Jansonas 76), Gratas Sirgedas (Paulius Golubickas 68), Gvidas Gineitis, Artur Dolznikov (Eligijus Jankauskas 46), Gytis Paulauskas.
Coach: Edgardas Jankauskas

Malta
Henry Bonello, Kurt Shaw, Zach Muscat Enrico Pepe, Myles Beerman (Juan Corbalan 46), Joseph Mbong (Adam Magri Overend 74), Brandon Paiber (Jake Grech 64), Alex Satariano, Ilyas Chouaref, Paul Mbong (Jodi Jones 74), Irvin Cardona (Jake Azzopardi 86).
Coach: Emilio De Leo

Referee
Giorgi Kruashvili (Georgia)

Karti Ħomor
Azzopardi 90+1, Urkus 90+9

Karti Sofor
Tutyskinas, Dolznikov, Vorobjovas, Utkus (L); Satariano, P. Mbong, Shaw, Beerman, Muscat, Grech (M)

Attendenza
7854