National Teams

IL-MALTIN B’BIDU VIBRANTI FIL-UEFA DEVELOPMENT TOURNAMENT B’REBĦA FUQ SAN MARINO

Published: 30-09-2025 12:07
Malta U15 vs San Marino U15 - 30.09.25 (3).jpeg
Malta U15 vs San Marino U15 - 30.09.25 (7).jpeg
Malta U15 vs San Marino U15 - 30.09.25 (11).jpeg
Malta U15 vs San Marino U15 - 30.09.25 (1).jpeg
Malta U15 vs San Marino U15 - 30.09.25 (2).jpeg
Malta U15 vs San Marino U15 - 30.09.25 (4).jpeg
Malta U15 vs San Marino U15 - 30.09.25 (6).jpeg
Malta U15 vs San Marino U15 - 30.09.25 (9).jpeg
Malta U15 vs San Marino U15 - 30.09.25 (5).jpeg
This article is also available in English.

UEFA U15 DEVELOPMENT TOURNAMENT
Centenary Stadium, 30.09.2025

MALTA….............2
SAN MARINO…2
(HT 2-0)
Malta 5-4 wara l-għoti tal-penalties

23’ Jesmar Spiteri (MLT), 27’ Enzo De Freitas Romao (MLT), 89’ Samuel Mattei (SMR), 90+2’ Samuel Mattei (SMR)

Malta fetħet l-impenji tagħha fil-UEFA Development Tournament Under 15, b’rebħa fuq San Marino nhar it-Tlieta, b’wirja offensiva filwaqt li rebħu bl-għoti tal-penalties.

Malta bdiet fuq quddiem, tattakka l-linja difensiva ta’ San Marino. L-ewwel ċans wasal fir-raba’ minuta, meta cross ma ġiex ikklerjat tajjeb mid-difiża ta’ San Marino, qabel il-ballun spiċċa għand Andvic Inguanez, li spara bix-xellug iżda t-tentattiv tiegħu ġie salvat minn Jacopo Morri.

It-team Malti kompla jippressa lil San Marino b’logħob tajjeb fis-settur ta’ nofs il-ground.

Eventwalment, fit-23 minuta, il-Maltin fetħu l-iskor wara azzjoni sabiħa fuq il-lemin li wasslet biex Jesmar Spiteri rċieva l-ballun u kkonkluda b’mod kalm. 

Immedjatament wara, Malta rdoppjat.  Kien Giuseppe Melarosa, li sab l-ispazju f’nofs il-ground, għadda ballun perfett lil Enzo De Freitas Romao, li quddiem il-goalkeeper avversarju ma żbaljax. 

Il-partita naqset mill-intensità sal-mistrieħ, u Malta żammet il-vantaġġ ta’ żewġ goals.

It-tieni taqsima bdiet aktar bilanċjata, u fis-57 minuta San Marino ngħataw free-kick minn distanza ta’ Enea De Biagi iżda x-xutt imdawwar tiegħu ġie salvat mill-goalkeper Zach Pulé.

Fil-61 minuta, il-Maltin resqu viċin li jagħmluhom tlieta.  Elijah Olorndare xeħet cross insidjuż mil-lemin, li sab lil Melarosa, iżda l-volley tiegħu ġie salvat b’mod brillanti minn Morri.

Malta kompliet tikkontrolla l-logħba, u fit-82 minuta setgħu kabbru l-vantaġġ tagħhom, meta sensiela ta’ passes veloċi fetħu lid-difiża ta’ San Marino, iżda l-konklużjoni ta’ Declan Roosevelt Zammit ġie salvat tajjeb. 

Ftit minuti wara, Malta laqtet il-lasta b’xutt  ta’ Nikolai Vella Giordimaina li ħalla lil Morri statiku, iżda ma daħalx fix-xibka. Dan kien segwit minn xutt ieħor li laqat il-lasta fid-87 minuta, din id-darba minn Yan Calleja.

Madankollu, San Marino naqqsu d-distakk lejn l-aħħar ħinijiet meta pass eċċellenti ta’ Nathan Cola sab lil Samuel Mattei, li xeħet fix-xibka biex għamel l-iskor 2-1.

Fil-ħin miżjud, San Marino kisbu d-draw meta Mattei, żmarkat waħdu quddiem il-lasti, ma ħafirx biex il-partita kellha tmur għall-għoti tal-penalties. 

F’dawn l-għoti tal-penalties, il-Maltin ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4, bil-goalkeeper Pulé jsalva l-penalty deċiżiv ta’ Enea De Biagi biex ta rebħa mistħoqqa lill-Maltin.

Malta
1 Zack Pule’ (GK), 2 Jake Joseph Camilleri (16 Edward Pace, 67’), 3 Andvic Inguanez (13 Kaisaac Vella Brincat, 67’), 4 Nikolai Vella Giordimaina, 5 Zven Cutajar (C), 6 Isaac Montebello (14 Yan Calleja, 75’), 7 Elijah Olorundare (17 Nathan Azzopardi, 61’), 8 Jesmar Spiteri (18 Luke Mifsud, 61’), 9 Andreas Mangion (20 Declan Roosevelt Zammit, 67’), 10 Giuseppe Melarosa (15 Jan Grech, 75’), 11 Enzo De Freitas Romao (19 Lee Bonanno, 75’)
Coach: Jonathan Holand

San Marino
1 Jacopo Morri (GK), 3 Luca Donci (8 Nicolas Francioni, 57’), 19 Taddei Niccolo’ (16 Manuel Ricci, 46’), 6 Nathan Cola, 14 Samuel Mattei, 10 Edoardo Gobbi (17 Riccardo Rosati, 71’), 2 David Berardinelli (5 Caua Celli, 75’), 20 Simone Ugolini (15 Alessandro Pignatiello, 46’), 18 Cristian Selva (11 Pietro Grandoni, 46’), 13 Giacomo Gualandi (C) (7 Enea De Biagi, 57’), 9 Lorenzo Frisoni (4 Federico Castelli, 46’)
Coach: Vandi Dario Ettore