National Teams

IL-COACH NAZZJONALI TAL-U19, REGINI, ISEJJAĦ L-ISKWADRA GĦALL-PARTITA DOPPJA TA’ ĦBIBERIJA KONTRA L-LATVJA

Published: 29-08-2025 11:58
DSCF1920.jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena, Vasco Regini, sejjaħ skwadra ta’ 27 player għal-logħbiet internazzjonali ta’ ħbiberija kontra l-Latvja.

L-iskwadra se tivvjaġġa lejn dan il-pajjiż, bil-logħbiet huma skedati li jsiru fil-5 ta’ Settembru u s-7 ta’ Settembru 2025, fl-4.00 pm u fil-11.00 am rispettivament  Iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu fl-Istadium J. Skredela, f’Riga. 

Din se tkun l-ewwel partita tat-team nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena li se tkun immexxija mill-coach Regini. 

Dawn iż-żewġ logħbiet se jservu bħala tħejjija għall-Kampjonat Ewropew 2026. Malta ġiet imtella’ fi Grupp 13, fejn se tilgħab kontra ċ-Ċekja, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Azerbaijan. Il-partiti se jsiru f’Novembru 2025. 

L-iskwadra ta’ 27 player hija:

Goalkeepers
Carlos Camilleri (Hibernians FC), Miguel Camilleri (Hamrun Spartans FC), Kyran Massa (Luqa St Andrew’s FC)

Difensuri
Sheldon Borg (Pietà Hotspurs FC), Nathan Joyce (Floriana FC), Denzil Bugeja (Xewkija Tigers FC), Aiden Agius (Mosta FC), Luca Vella (Valletta FC), Shaun Xiberras (Pietà Hotspurs FC), Adam Vella (St Andrews FC), Dwayne Pullicino (Birkirkara FC), Malik Marwan Amin (Sydney FC – Awstralja), Jayden Vella (Pietá Hotspurs FC), Adam Aquilina (Melita FC)

Midfielders
Thomas Melillo (Valletta FC), Dejan Farrugia (Floriana FC), Liam Micallef (Zabbar St Patrick’s FC), Luke Bugeja (Pietà Hotspurs FC), Kye Anthony Cassar (McArthur Bulls – Awstralja)

Attakkanti
Jake Borg (Pietà Hotspurs FC), Jean Borg (Pietà Hotspurs FC), Cristian Vella Gonzalez (Las Palmas – Spanja), Claude Mercieca (Valletta FC), Emerson Piscopo (Floriana FC), Lyon Abela (Hibernians FC), Kai Giyan Bartolo (Wealdstone FC – Ingilterra), Nathan Zerafa (Floriana FC)