National Teams

IMSEJĦA L-ISKWADRA FINALI TA’ TAĦT ID-19-IL SENA GĦAŻ-ŻEWĠ LOGĦBIET TA’ ĦBIBERIJA KONTRA L-LATVJA

Published: 04-09-2025 12:16
Vasco Regini.jpeg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena, Vasco Regini, ħabbar l-iskwadra finali għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija internazzjonali kontra l-Latvja barra minn xtutna.

L-iskwadra proviżorja kienet tikkonsisti f’27 players, iżda issa tnaqqset għal 21 player għal dawn il-logħbiet. 

L-ewwel partita se tintlagħab illum, 5 ta’ Settembru, u mbagħad nhar il-Ħadd, 7 ta’ Settembru, bil-ħinijiet skedati jkunu fl-4.00 pm u fil-11.00 am rispettivament. Iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu fl-Istadium J. Skredela, f’Riga.

Dawn se jkunu l-ewwel partiti fit-tmexxija tal-coach Regini fit-team ta’ Taħt id-19-il sena. 

Iż-żewġ logħbiet kontra l-Latvja se jservu bħala preparazzjoni qabel il-kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew 2026, fejn Malta se tiffaċċja liċ-Ċekja, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Azerbaijan. 

Il-partiti se jintlagħbu f’Novembru 2025.

L-iskwadra finali hija:

Goalkeepers
Carlos Camilleri (Hibernians FC), Miguel Camilleri (Hamrun Spartans FC)

Difensuri
Sheldon Borg (Pietà Hotspurs FC), Nathan Joyce (Floriana FC), Denzil Bugeja (Xewkija Tigers FC), Aiden Agius (Mosta FC), Shaun Sciberras (Pietà Hotspurs FC), Adam Vella (St Andrews FC), Malik Marwan Amin (Sydney FC – AUS), Jayden Vella (Pietà Hotspurs FC)

Midfielders
Thomas Melillo (Valletta FC), Dejan Farrugia (Floriana FC), Liam Micallef (Zabbar St Patrick’s FC), Luke Bugeja (Pietà Hotspurs FC), Kye Anthony Cassar (McArthur Bulls – AUS)

Attakkanti
Jake Borg (Pietà Hotspurs FC), Cristian Vella Gonzalez (Las Palmas – ESP), Claude Mercieca (Valletta FC), Lyon Abela (Hibernians FC), Kai Giyan Bartolo (Wealdstone FC – ENG), Nathan Zerafa (Floriana FC)