National Teams

BIDU DIFFIĊLI GĦAL MALTA FIL-KAMPJONAT EWROPEW TAN-NISA TA’ TAĦT ID-19-IL SENA KONTRA IŻRAEL

Published: 09-04-2026 16:56
WU19 vs Israel (4).jpg
WU19 vs Israel (7).jpg
WU19 vs Israel (5).jpg
WU19 vs Israel (3).jpg
WU19 vs Israel (2).jpg
WU19 vs Israel (1).jpg
This article is also available in English.

KAMPJONAT EWROPEW TAN-NISA TA’ TAĦT ID-19-IL SENA – GRUPP B3
09.04.2026
Centenary Stadium, Ta’ Qali

MALTA…0
IŻRAEL…7
(HT 0-4)

3’ Goren Tamar (ISR), 22’ Adee Goulden (ISR), 38’ Goren Tamar (ISR), 42’ Or Divan (pen) (ISR), 48’ Or Divan (ISR), 82’ Talia Darah Camin (ISR), 86’ Shay Elmaleh (ISR)

It-Team Nazzjonali Malti tat-Tfajliet ta’ Taħt id-19-il sena sofra telfa kbira fil-ġurnata tal-ftuħ kontra Iżrael fil-Kampjonat Ewropew tan-Nisa ta’ Taħt id-19-il sena tal-UEFA – Round 2 il-Ħamis wara nofs in-nhar fis-Centenary Sta­dium.

Iżrael kienu l-aktar b’saħ­ħithom miż-żewġ timijiet matul il-logħba kollha, u ħadu l-vantaġġ wara biss  tliet minuti, b’Goren Tamar tirċievi l-ballun fil-kaxxa, qabel ma tefgħetu fix-xibka.

Il-Maltin ippruvaw jirrispondu, u fil-ħames minuta, Lara May Azzopardi sabet ftit spazju f’nofs il-ground, qabel ma ttantat xortiha mid-distanza, iżda x-xutt tagħha ġie salvat faċilment minn Lily Tzook.

Iżrael kienu għoddhom skorjaw it-tieni goal fis-17-il minuta, iżda Amber Galea għamlet ġirja brillanti u b’tackle f’waqtha ċaħħdet lill-viżitaturi milli jsibu x-xibka.

Iżda Iżrael irnexxielhom jirduppjaw fit-22 mi­nuta, wara li Adee Goulden wara li Adee Goulden temmet ġirja tajba fuq fuq il-lemin, qabel ma għelbet għal kollox lill-goalkeeper, Muscat.

L-Iżraeliti għamlu l-iskor 3-0 fit-38 minuta, meta cross fil-kaxxa, sab lil Tamar żmarkata, u bir-ras tefgħet ġewwa. Malta ppruvaw iwettqu reazzjoni, u wara logħob tajjeb, iżda x-xutt mid-distanza ta’ Lisa Calleja ġie salvat mill-goalkeeper Iżraelita.

Fit-42 minuta, Iżrael ngħataw penalty wara li Muscat waqqgħet attakkanta Iżraelita, u Or Divan ma żbaljatx, biex għamlet l-iskor 4-0 għal pajjiżha.

L-Iżraeliti bdew it-tieni taqsima bl-istess mod kif temmew l-ewwel waħda, b’Divan tiskorja minn daqqa ta’ ras wara li rċeviet mingħand Shaked Gargir, u għamlithom 5-0. Iżrael komplew jagħmlu pressjoni fuq id-difiża Maltija, iżda ma setgħux isibu x-xibka.

Fil-61 minuta, il-Maltin ippressaw fejn Nyorah Celeste xeħtet cross lejn Calleja, li iżda, ġie nterċettat u eventwalment ikklerjat.   Fit-68 minuta, l-istess Celeste għaddiet lejn Ema Micallef li falliet il-mira. 

Fil-75 minuta, il-goalkeeper Muscat ġiet imsejħa fl-azzjoni meta salvat ix-xutt fil-baxx ta’ Goulden lejn ir-rokna tax-xibka. 

Madankollu, kienu l-Iżrael li komplew ikabbru l-marġni tal-iskor fit-82 minuta, meta Talia Darah Camin ikkonnettjat tajjeb minn cross u tefgħet il-ballun fix-xibka. Fis-86 minuta, Shay Elmaleh issiġillat ir-rebħa għal Iżrael, b’konklużjoni mill-isbaħ għal skor finali ta’ 7-0.

Il-logħba li jmiss għat-team ta’ Melania Bajada hija kontra l-Bulgarija nhar il-Ħadd li ġej, fis-2.30 pm.

Malta
1 Erika Muscat (GK), 4 Amber Galea, 5 Francesca Bartolo (C), 6 Ema Micallef, 7 Lisa Calleja (18 Shana Farrugia, 78’), 8 Caitlyn Turner, 9 Suzanne Farrugia Sacco (16 Shannen Mallia, 78’), 10 Nyorah Celeste, 11 Thais Muscat (13 Yasmine Ghenam, 46’), 17 Lara May Azzopardi, 19 Stella Francalanza (20 Jasmine Camilleri, 61’)
Coach: Melania Bajada

Iżrael
1 Lily Tzook (GK), 3 Yuval Azar, 4 Shira Carmeli, 6 Or Divan (2 Talia Daraha Camin, 78’), 8 Goren Tamar, 12 Marom Abo (9 Shaked Gargir, 46’), 13 Ziv Roth Hazan (5 Talya Mor, 76’), 14 Adee Goulden (C) (10 Shay Elmaleh, 76’), 15 Yarden Mor, 16 Tamar Arkobi (19 Shahar Blaier Peled, 46’), 17 Tamar Lipsicas Geva
Coach: Silvi Jean

Referee: Jelena Kumer (CRO)

Ammoniti: Nyorah Celeste (MLT)