National Teams
Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ għall-partita tal-UEFA Nations League tan-Nisa kontra Andorra
Published: 07-02-2025 11:45
Il-kampanja tal-UEFA Nations League tan-Nisa tibda proprju dan ix-xahar.
Il-Maltin jibdew l-avventura tagħhom fi Grupp C2, li jinkludi wkoll lil Georgia, Ċipru u Andorra.
L-ewwel partita hija dik barra minn darna kontra Ċipru, nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Frar, 2025, fl-AEK Arena, f’Larnaca, fis-6:00pm.
Wara dan il-konfront, il-Maltin jospitaw lil Andorra fis-Centenary Stadium ... nhar it-Tlieta, 25 ta’ Frar, 2025, liema partita tibda fis-7:30 pm.
Hekk kif it-team jibda triqtu lejn il-promozzjoni ta’ League B, issa l-biljetti jinsabu għall-bejgħ għal din il-logħba.
Din hija opportunitá biex tibbukkja l-post tiegħek biex tkun tista’ tagħti l-appoġġ tiegħek lit-team nazzjonali u tkun parti mill-azzjoni.
UEFA Nations League tan-Nisa
Malta vs Andorra
25 ta’ Frar 2025 - 7:30pm
Centenary Stadium
- Side A: €6 - (Tfal taħt it-12-il sena, Anzjani, u Konċessjonijiet oħra: €4)
Il-mod kif tixtri l-biljett
Wieħed jista’ jixtri l-biljett tiegħu mill-website uffiċjali tal-Malta FA jew mill-kabini tal-biljetti tal-grawnd fl-istess ġurnata.
Għall-attenzjoni ta’ kulħadd - il-prezzijiet ikkwotati huma applikabbli biss għal xiri online. Il-prezzijiet tal-biljetti mill-kabini tal-Istadium fil-ġurnata tal-partita jistgħu jvarjaw. Huwa importanti li wieħed jinnota li Side B hija allokata għall-partitarji tat-team avversarju.
Aċċessibbiltà
Għall-aċċess għas-siġġu tar-roti, wieħed għandu jibgħat email lil tickets@mfa.com.mt. Persuni b’mobbiltà limitata u dawk li jieħdu ħsiebhom jistgħu jgawdu prezzijiet ta’ konċessjoni.
Ikseb il-biljett tiegħek issa!
