National Teams

JIBDA L-BEJGĦ TAL-BILJETTI GĦALL-PARTITA TAT-TEAM NAZZJONALI MALTI TAN-NISA KONTRA L-ISVIZZERA

Published: 17-02-2026 18:03
279-8P3A2406_1.jpg
This article is also available in English.

It-Team Nazzjonali Malti tan-Nisa se jibda l-vjaġġ ta’ Kwalifikazzjoni tiegħu għat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA 2027 ix-xahar id-dieħel b’żewġ partiti diffiċli.

It-team, taħt it-tmexxija tal-Coach Manuela Tesse, se jibda l-kampanja tiegħu fi Grupp B2 tal-Kwalifikazzjonijiet Ewropej tan-Nisa, wara l-promozzjoni tagħhom għal League B fl-aħħar edizzjoni tal-UEFA Nations League tan-Nisa. Din kienet it-tieni darba li ntlaħaq dan it-tragward taħt it-tmexxija ta’ Tesse.

Fi Grupp B2, Malta se tingħaqad mal-Isvizzera, l-Irlanda ta’ Fuq u t-Turkija, hekk kif qed ifittxu li jkomplu jiksbu riżultati pożittivi.

Malta l-ewwel se tilgħab kontra t-Turkija nhar it-Tlieta 3 ta’ Marzu 2026 fit-3.00 pm fi Pendik Stadyumu, f’Istanbul, hekk kif it-team se jkun qed ifittex li jibda l-kampanja tiegħu b’mod pożittiv.

Dan imbagħad se jkun segwit minn logħba oħra, din id-darba f’pajjiżna, kontra l-Isvizzera nhar is-Sibt 7 ta’ Marzu 2026 fis-Centenary f’Ta’ Qali. Il-logħba tibda fis-7.00 pm.

Bit-team jipprepara għaż-żewġ konfronti kruċjali, il-bejgħ tal-biljetti għal-logħba f’darna kontra l-Isvizzera issa beda!

Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA 2027 – Kwalifikazzjonijiet Ewropej
Malta vs Żvizzera
7 ta’ Marzu 2026
19:00hrs
Centenary Stadium, Ta’ Qali

-Side A (Partitarji ta’ Malta):
Adulti €6 (Tfal taħt it-12-il sena, Anzjani u Konċessjonijiet: €4)

-Side C (Partitarji tal-Isvizzera):
Adulti €6 (Tfal taħt it-12-il sena, Anzjani u Konċessjonijiet: €4)

KIF TIXTRI l-BILJETTI

Il-biljetti għal-logħba jistgħu jinxtraw online mis-sit elettroniku tal-Malta FA.

IXTRI L-BILJETTI

AĊĊESSIBBILTÀ

Għal aċċess għal siġġijiet tar-roti, ibgħat it-talba tiegħek bl-email lil tickets@mfa.com.mt. Persuni b'mobbiltà limitata u dawk li jieħdu ħsiebhom jistgħu jgawdu minn prezzijiet imnaqqsa.

Ejjew nappoġġjaw lit-team hekk kif jipprepara għal dawn il-logħbiet kruċjali!