National Teams

Il-bejgħ tal-biljetti għall-partita kontra l-Finlandja jinfetaħ

Published: 03-03-2025 11:26
mlt-and-01-min.jpeg
This article is also available in English.

Il-kampanja ta’ Kwalifikazzjoni Ewropea tat-Team Nazzjonali Malti għat-Tazza tad-Dinja 2026 tibda dan ix-xahar!

Malta se tibda l-avventura tagħha fi Grupp G b’partita f’darna kontra l-Finlandja, nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Marzu, 2025. Il-konfront se jintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, fid-8.45pm.

Din il-partita se timmarka wkoll il-bidu tar-responsabbiltá tal-coach nazzjonali l-ġdid,  Emilio De Leo. 

F’Jannar li għadda, De Leo ġie mħabbar bħala l-Coach Nazzjonali u d-Direttur Tekniku. Miegħu ngħaqdu wkoll Ivan Woods, Pietro Matafora u Mirko Valdifiori bħala l-assistenti tiegħu.

De Leo se jkun qed jimmira li t-team jibda fuq nota pożittiva fi Grupp G li jinkludi wkoll lill-Polonja, lil-Litwanja u t-team tellief tal-kwarti-finali tal-UEFA Nations League, bejn Spanja jew l-Olanda. 

Hekk kif it-team jibda l-kampanja ta’ kwalifikazzjoni tiegħu, il-bejgħ tal-biljetti għall-partita kontra l-Finlandja issa jinsab fis-seħħ!

Is-Supporters’ Group ta’ Malta,  is-South End Core, se jkun preżenti fil-Millennium Stand D, biex jagħti l-appoġġ neċessarju lit-team Malti filwaqt li jwiegħed ukoll atmosfera eċċitanti!

Kun żgur li tikseb il-post tiegħek biex tkun tista‘ tagħti l-appoġġ tiegħek lit-team u tkun parti mill-azzjoni!

Kwalifikazzjonijiet Ewropej tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2026 – Grupp G
Malta vs Finlandja
21 ta’ Marzu 2025 fid-8.45 pm
Stadium Nazzjonali

-West Stand: €30 (Tfal taħt it-12-il sena, Anzjani, u Konċessjonijiet: €20).

-Millennium Stand: €20 (Tfal taħt it-12, Anzjani, u Konċessjonijiet: €15).

-North Stand: Riservat għar-Responsabbiltà Soċjali tal-Football (FSR).

Kif tista’ tixtri l-biljetti

Ikseb il-biljetti tiegħek online minn HAWN jew fil-kabini tal-biljetti tal-istadium fil-ġurnata tal-partita.

Jekk jogħġbok ħu nota  li l-prezzijiet ikkwotati huma applikabbli għal xiri onlajn biss. Il-prezzijiet tal-biljetti fil-kabini tal-istadium jistgħu jvarjaw. Jekk jogħġbok ħu nota, West A huwa riservat għall-partitarji avversarji.

Aċċessibbiltà

Għall-aċċess għas-siġġijiet tar-roti, ibgħat it-talba tiegħek b’email lil tickets@mfa.com.mt. Persuni b’mobbiltà limitata u dawk li jieħdu ħsiebhom jistgħu jgawdu prezzijiet ta’ konċessjoni.

Ikseb il-biljetti tiegħek issa!