National Teams
MALTA SE TILGĦAB KONTRA SAN MARINO F’PARTITA TA’ ĦBIBERIJA, IT-TEAM TA’ TAĦT IL-21 SENA KONTRA L-ĠREĊJA FIR-ROUND TA’ KWALIFIKAZZJONI
Published: 21-08-2025 16:35
It-Timijiet Nazzjonali ta’ Malta qed jippreparaw għal perjodu ieħor impenjattiv ta’ logħbiet internazzjonali, b’partiti importanti li se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Team Nazzjonali ‘A’
It-Team Nazzjonali ‘A’ se jilgħab kontra l-Litwanja fl-Istadium Darius and Girenas, f’Kaunas, il-Litwanja, fl-4 ta’ Settembru 2025, hekk kif ikompli l-kampanja ta’ kwalifikazzjoni Ewropea fi Grupp G tat-Tazza tad-Dinja 2026. Il-partita tibda fis-6.00 (ħin ta’ Malta).
It-team, immexxi mill-coach, Emilio De Leo, spiċċa fi draw ta’ 0-0 kontra l-Litwanja fl-ewwel partita li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, f’Ġunju li għadda.
Wara l-partita kontra l-Litwanja barra minn xtutna, it-team nazzjonali se jilgħab ukoll kontra San Marino f’logħba ta’ ħbiberija internazzjonali fid-9 ta’ Settembru, 2025, bħala parti mill-preparazzjoni għal-logħbiet ta’ Ottubru.
Il-biljetti għal din il-partita, li se btibda fid-9.00 pm, se jkunu disponibbli minn nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Awwissu 2025.
Kun żgur li tibbukkja postok biex tagħti l-appoġġ lit-team Malti.
Logħba Internazzjonali ta’ Ħbiberija
Malta vs San Marino
9 ta’ Settembru 2025, fid-9.00 pm
Stadium Nazzjonali
- West Stand
Adulti: €10 (Anzjani u Konċessjonijiet: €6)
Tfal Taħt it-12-il sena: Dħul b’xejn
Team Nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena

It-Team Nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, taħt it-tmexxija tal-coach, Davide Mazzotta, se jibda l-kampanja ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew 2027, fi Grupp 6, proprju f’Settembru b’partita importanti kontra l-Greċja.
Il-partita se ssir fis-Centenary Stadium, fid-9 ta’ Settembru 2025 u tibda fis-7.00 pm.
Din se tkun l-ewwel kampanja ta’ kwalifikazzjoni mmexxija mill-coach Mazzotta, bi Grupp 6 jinkludi wkoll lill-Irlanda ta’ Fuq, Georgia, il-Ġermanja u l-Latvja.
Din se tkun opportunità għal dan it-team żagħżugħ sabiex juri l-kwalitajiet tiegħu fuq livell internazzjonali kontra oppożizzjoni b’saħħitha.
Il-bejgħ tal-biljetti għal din il-partita kruċjali se jibda minn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Awwissu 2025.
Round ta’ kwalfikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew U21 2027 – Grupp 6
Malta vs Greċja
9 ta’ Settembru 2025 fis-7.00 pm
Centenary Stadium
- Side A:
Adulti: €10 (Anzjani u Konċessjonijiet: €6)
Tfal taħt it-12-il sena: Dħul b’xejn
Kif Tixtri l-Biljetti
Tista’ tixtri l-biljetti tiegħek online mis-sit uffiċjali tal-biljetti minn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Awwissu 2025, jew mill-uffiċċji tal-biljetti fl-istadium fil-jum tal-partita.
Jekk jogħġbok innota li l-prezzijiet indikati huma validi biss għal xiri online. Il-prezzijiet tal-biljetti fl-istadium jistgħu jkunu differenti.
Aċċessibbiltà
Għal aċċess għall-wheelchairs, ibgħat it-talba tiegħek fuq tickets@mfa.com.mt. Persuni b’mobbiltà limitata u l-persuni li jakkumpanjawhom jistgħu jgawdu minn prezzijiet ta’ konċessjoni.