National Teams

Il-biljetti għall-partita ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Litwanja jinsabu għall-bejgħ

Published: 01-05-2025 10:55
Malta vs Finland - 21.03.25 - Photo by Andre Farrugia (1).jpg
This article is also available in English.

Il-kampanja tat-Team Nazzjonali Malti fil-Kwalifiki Ewropej tat-Tazza tad-Dinja 2026 tkompli fil-ġimgħat li ġejjin!

Malta se tospita lill-Litwanja fl-Istadium Nazzjonali, is-Sibt 7 ta’ Ġunju, fis-6.00 pm.

Il-partita, li se tintlagħab f’festa pubblika, se tara lit-team nazzjonali jniedi kit speċjali biex jimmarka l-125 anniversarju mit-twaqqif tal-Malta Football Association.

Il-logħba se tkun it-tielet waħda għal Malta minn Grupp G tar-round tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2026, taħt il-gwida tal-coach il-ġdid, Emilio De Leo.

Imbagħad, l-iskwadra Maltija se tivvjaġġa lejn  Groningen għall-partita kontra l-Olanda li tintlagħab tlett ijiem wara, jiġifieri, nhar it-Tlieta, 10 ta’ Ġunju, fid-8.45 pm. 

Għall-partita kontra l-Litwanja, infetaħ il-bejgħ tal-biljetti.

Barra minn hekk, min jixtri biljett għal din il-partita, se jkun ukoll eliġibbli għal biljett tal-konfront tal-UEFA Nations League tan-Nisa bejn Malta u Ċipru li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, fit-30 ta’ Mejju 2025, bi prezz imnaqqas. Din il-logħba tibda fis-7.00 pm.

Kun żgur li tibbukkja postok biex tagħti l-appoġġ tiegħek lit-team Malti fit-tentattiv li joħroġ bit-tliet punti. 

Round ta’ kwalifkazzjoni Ewropea tat-Tazza tad-Dinja 2026 – Grupp G
Malta vs Litwanja
7 ta’ Ġunju 2025, fis-6.00 pm
Stadju Nazzjonali

-Millennium Stand: €20 (Tfal taħt it-12, Anzjani, u Konċessjonijiet: €15)
-West Stand: €30 (Tfal taħt it-12, Anzjani, u Konċessjonijiet: €20)

Kif jinxtara l-biljett

Ikseb il-biljetti tiegħek online mill-websajt tagħna tal-biljetti jew fil-kabini tal-biljetti tal-istadium fil-ġurnata tal-partita.

Jekk jogħġbok innota li l-prezzijiet ikkwotati huma applikabbli għal xiri onlajn biss. Il-prezzijiet tal-biljetti fil-kabini tal-istadium jistgħu jvarjaw.

Aċċessibilità

Għal aċċess għas-siġġu tar-roti, ibgħat it-talba tiegħek b’email lil tickets@mfa.com.mt. Persuni b’mobbiltà limitata u dawk li jieħdu ħsiebhom jistgħu jgawdu prezzijiet ta’ konċessjoni.