National Teams

TESSE SSEJJAĦ L-ISKWADRA FINALI GĦAL-LOGĦBIET TAL-KWALIFIK EWROPEJ 2026

Published: 01-03-2026 16:48
WNT.jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali tan-Nisa, Manuela Tesse, sejħet l-iskwadra finali ta’ 24 player għall-partiti tal-kwalifiki Ewropej ta’ League B.

L-ewwel partita tat-team nazzjonali Malti se tintlagħab barra minn xtutna fit-3 ta’ Marzu, kontra t-Turkija, fil-Pendik Stadium fit-3.00 pm.

Wara l-logħba fit-Turkija, l-iskwadra Maltija t irritorna f’pajjiżna biex taffronta lill-Isvizzera, f’dik li tkun it-tieni logħba tal-grupp. Din il-partita se tintlagħab fis-Centenary Stadium, nhar is-Sibt li ġej, fis-7.00pm. Il-biljetti għal din il-partita jistgħu jinxtraw online mill-website tal-Malta FA.

Il-lista tal-iskwadra finali hija:

Goalkeepers
Raisa Costantino (FC Pro Palazolo, Italja), Giulia D’Antuono (Mgarr United), Patricia Ebejer (Mgarr United FC)

Difensuri
Fiona Buttigieg (Luton Town Ladies FC, Ingilterra), Stephania Farrugia (Birkirkara FC), Alexandra Gatt (York City Ladies, Ingilterra) Oceane Grange (Freedom FC, Italja), Emma Lipman (Genoa CFC, Italja), Maya Lucia (Apollon Ladies FC, Ċipru), Emma Xuereb (Swieqi United)

Midfielders
Jana Barbara (Vfr Warbeyen, Ġermanja), Brenda Borg (Mgarr United), Rachel Cuschieri (Genoa CFC, Italja), Emma Flannery (Albion FC, LasVegas - Stati Uniti), Nicole Sciberras (Hibernians FC), Shona Zammit (Swieqi United)

Attakkanti
Leah Ayres (Hibernians FC), Haley Bugeja (FC Internazionale Milano, Italja), Yulya Carella (Mgarr United), Lexine Farrugia (AS Roma Fc, Italja), Maria Farrugia (Bristol City Women FC, Ingilterra), Jade Flask (Swieqi United), Sara Saliba (Swieqi United), Kailey Willis (Venezia Calcio Femminile, Italja)