National Teams
Tesse tiffinalizza l-iskwadra ta' 23 player għal-logħob kontra Ċipru u Andorra
Published: 19-02-2025 09:55
L-eċċitament qed jikber hekk kif it-team nazzjonali tan-Nisa qed jipprepara biex jagħti bidu għall-kampanja tiegħu fi Grupp C2 tal-UEFA Nations League.
Malta se tiffaċċja lil Ċipru barra minn darna, nhar il-Ġimgħa li ġej, fis-6.00pm, liema partita se tkun imxandra diretta fuq TVMSport+.
Imbagħad, nhar it-Tlieta li ġej, 25 ta’ Frar, il-Maltin jospitaw lil Andorra, fis-Centenary Stadium, fis-7.30pm, li wkoll se tixxandar b’mod dirett fuq TVMSport+.
Il-coach nazzjonali, Manuel Tesse, iffinalizzat l-iskwadra tagħha ta’ 23 player għaż-żewġ impenji ta’ dan ix-xahar.
L-għażla tal-iskwadra tirrifletti l-intenzjoni ta’ Tesse li ssib bilanċ bejn players ta’ esperjenza u dawk ġodda promettenti hekk kif Malta qed tfittex li tibni fuq il-momentum riċenti tagħha.
Wara wirjiet impressjonanti fl-aħħar kampanja tal-UEFA Nations League, fejn spiċċaw fl-ewwel post ta’ Grupp C1 u kisbu l-promozzjoni għal League B, it-tfajliet tagħnajinsabu ħerqana biex jerġgħu jagħmlu l-marka tagħhom.
Uċuh familjari, sfidi ġodda
Fil-passat, Malta ltaqgħet kemm ma’ Ċipru kif ukoll ma’ Andorra. It-team kiseb rebħiet konsekuttivi kontra Andorra fl-ewwel edizzjoni tal-UEFA Nations League, filwaqt li l-aħħar partita tagħhom kontra Ċipru kienet fl-Aphrodite Cup 2019, fejn kellu prestazzjoni sodisfaċenti.
Tlugħ ta’ postijiet fir-rankings tal-FIFA
Skont l-aħħar rankings tal-FIFA, Malta tinsab fis-86 post, qabel Ċipru (122 post) u Andorra (147 post). Dawn il-klassifiki jenfasizzaw il-progress kostanti ta’ Malta fejn il-preżenza qiegħda dejjem tikber fil-football tan-nisa internazzjonali.
Żidiet fl-istaff tekniku
Il-Malta Football Association uriet fiduċja kontinwa f’Tesse billi estendiet il-kuntratt tagħha għal erba’ snin oħra. Hija se tkun appoġġata mill-assistant coach ġdid, Piero Panzanaro, u mit-team manager, Brendan Tanti, li t-tnejn iġibu magħhom enerġija ġdida u esperjenza lill-iskwadra.
B’kunfidenza, b’kontinwità u b’xewqa li tikseb suċċess, Malta lesta tilqa’ din l-isfida ġdida tal-UEFA Nations League. Il-partitarji se jkunu qed isegwu mill-qrib hekk kif il-players tagħna jimmiraw li jkomplu mexjin lejn il-progress fil-football Ewropew.
Il-biljetti għal-logħba ta’ nhar it-Tlieta li ġej kontra Andorra jistgħu jinxtraw minn hawnhekk.
L-iskwadra finali ta’ 23 player hija:
GOALKEEPERS
Maya Cachia (Birkirkara FC), Janice Xuereb (Birkirkara FC).
DIFENSURI
Rebecca Bajada (Mgarr United FC), Fiona Buttigieg (Luton Town Ladies FC, Ingilterra), Jessica Dimech (Hibernians FC), Oceane Grange (RC Roubaix Wervicq Feminin, Franza), Emma Lipman (Genoa FC, Italja), Maya Lucia (AP Orlens Gdansk, Polonja), Valentina Rapa (Birkirkara FC), Emma Xuereb (Swieqi United FC), Charlene Zammit (Birkirkara FC).
MIDFIELDERS
Jana Barbara (FC Schalke 04, Ġermanja), Yulya Carella (Mgarr United FC), Rachel Cuschieri (Genoa FC, Italy), Alexandra Gatt (Durham Cestria, England), Nicole Sciberras (Hibernians FC), Gabriella Zahra (Birkirkara FC), Shona Zammit (Swieqi United FC).
ATTAKKANTI
Haley Bugeja (FC Internazionale Milano, Italja), Alishia Cassar (Birkirkara FC), Lexine Farrugia (AS Roma Femminile, Italja), Maria Farrugia (Sheffield United FC, Ingilterra), Kailey Willis (Venezia FC Femminile, Italja).
