National Teams
Tesse ssejjaħ l-iskwadra għal-logħbiet kruċjali tal-UEFA Nations league tan-Nisa kontra Ċipru u Andorra
Published: 28-05-2025 13:31
Għal darb’oħra Malta tinsab ferm viċin li tikseb il-promozzjoni għal-League B tal-UEFA Nations League. B’żewġ logħbiet li għad iridu jintlagħbu, Malta tinsab fl-ewwel post ta’ Grupp C2 b’disa’ punti minn erba’ logħbiet, quddiem Ċipru (seba’ punti), Andorra (erbgħa) u Georgia (erbgħa).
Malta se tiffaċċja lil Ċipru nhar il-Ġimgħa fejn rebħa tfisser li niftħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq l-eqreb avversarji u tiġi ssiġillata t-tieni promozzjoni konsekuttiva f’din il-kompetizzjoni.
Il-moral tal-players Maltin huwa għoli wara rebħiet konsekuttivi kontra Georgia, f’April li għadda, li żiedu b’mod sinifikanti l-prospetti tagħna li nirbħu l-grupp.
Il-logħba f’pajjiżna tal-Ġimgħa timmarka wkoll ritorn għat-team nazzjonali fl-Istadium Nazzjonali, l-ewwel dehra tiegħu f’dan l-istadium wara bosta snin.
L-għażla ta’ Tesse fl-iskwadra tara r-ritorn tad-difensur ta’ Birkirkara, Stephania Farrugia, li kienet barra mill-azzjoni minħabba injury fl-ACL li kienet sofriet f’Settembru li għadda.
Il-logħba tal-Ġimgħa, tibda fid-7.00pm. Erbat ijiem wara, jiġifieri, nhar it-Tlieta, 3 ta’ Ġunju, Malta se tilgħab kontra Andorra fil-Camp de Futbol Municipal d’Encamp, fis-7.00pm ukoll.
Iż-żewġ logħbiet se jixxandru b’mod dirett fuq ix-xandir nazzjonali ... dik kontra Ċipru fuq TVM Sport+ u dik kontra Andorra fuq TVMNews+.
Il-biljetti għal-partita ta’ dar il-Ġimgħa jistgħu jinkisbu minn tickets.mfa.com.mt
L-iskwadra msejħa mill-coach Tesse hija:
GOALKEEPERS
Maya Cachia (Birkirkara FC), Patricia Ebejer (Mgarr United FC), Janice Xuereb (Birkirkara FC)
DIFENSURI
Rebecca Bajada (Mġarr United FC), Fiona Buttigieg (Luton Town Ladies FC, l-Ingilterra), Stephania Farrugia (Birkirkara FC), Oceane Grange (RC Roubaix Wervicq Féminin, Franza), Emma Lipman (Genoa FC, Italja), Maya Lucia (AP Orlens Gdansk, Polonja), Valentina (Birkirkara FC), Charle United, Emma Lipman (S. Zammit (Birkirkara FC).
MIDFIELDERS
Jana Barbara (FC Schalke 04, Ġermanja), Rachel Cuschieri (Genoa FC, Italja), Alexandra Gatt (York City Ladies, England), Ann Marie Said (Mgarr United FC), Nicole Sciberras (Hibernians FC), Gabriella Zahra (Birkirkara FC), Shona Zammit (Swieqi United FC).
ATTAKKANTI
Haley Bugeja (FC Internazionale Milano, Italja), Lexine Farrugia (AS Roma Women, Italja), Maria Farrugia (Sheffield United FC, Ingilterra), Kailey Willis (Venezia FC Femminile, Italja), Leah Ayres (Hibernians FC), Yulya Carella (Mgarr United FC).
