National Teams
TABONE JSEJJAĦ SKWADRA TA’ 20 PLAYER GĦAR-ROUND TA’ KWALIFIKAZZJONI TAL-KAMPJONAT EWROPEW TAT-TFAJLIET U17
Published: 30-10-2025 15:45
Il-coach nazzjonali tat-Tfajliet ta’ Taħt is-17-il sena, Clint Tabone, ħabbar lista ta’ 20 player għall-partiti li ġejjin tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew.
It-team Malti se jaffaċċja lil-Litwanja u lill-Isvezja fi Grupp B5 tal-ewwel round ta’ dan il-kampjonat.
Il-logħob tal-grupp kollu se jintlagħab fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, u ż-żewġ partiti se jkunu mxandra b’mod dirett fuq il-pjattaforma ta’ YouTube tal-Malta FA.
L-ewwel partita ta’ Malta se tkun kontra l-Litwanja, nhar it-Tnejn 3 ta’ Novembru, fis-1.00 pm. Din se tkun segwita mill-konfront kontra l-Isvezja, il-Ħadd 9 ta’ Novembru, 12.00 pm. Il-partita bejn il-Litwanja u l-Isvezja se tintlagħab, il-Ħamis 6 ta’ Novembru, fis-1.00 pm.
It-team immexxi mill-coach, Tabone, ġej minn żewġ logħbiet ta’ ħbiberija internazzjonali kontra r-Rumanija barra minn xtutna, hekk kif sofra żewġ telfiet, li iżda kienu ta’ importanza kbira għall-iżvilupp ta’ dan it-team żagħżugħ.
Il-lista ta’ 20 player hija:
Goalkeepers
Katelyn Camilleri (Swieqi ZSP FC), Ezlyana Degiorgio (Hibernians FC)
Difensuri
Amy Catania (Hibernians FC), Erika Cini (Valletta FC), Kesia Farrugia (Valletta FC), Jade Galea (Hibernians FC), Amy Portelli (Swieqi United), Krista Sacco (Birkirkara FC), Sara Anneloes Shaladi (Swieqi ZSP FC)
Midfielders
Kay Axiak (Birkirkara FC), Amy Borg (Swieqi ZSP FC), Alanah Ghio (Hibernians FC), Ana Mercieca (Birkirkara FC), Jade Micallef Cassar (Birkirkara FC), Nina-Lee Naudi (Sampdoria – ITA), Isabelle Said (Liverpool International Academy – CAN), Pearl May Schembri (Hibernians FC)
Attakkanti
Amberley Borg (Swieqi ZSP FC), Gloria Cassar (Birkirkara FC), Martina Vassallo (San Ġwann FC)