National Teams
ŻEWĠ GOALS FIL-ĦIN MIŻJUD IĊAĦĦDU LILL-MALTIN MILLI JIKTBU L-ISTORJA
Published: 09-11-2025 16:39



Svezja 3-0 Malta - 09.11.2025 - Ritratti ta' Owen Damato - Malta FA
KWALIFIKAZZJONI TAL-KAMPJONAT EWROPEW TAN-NISA TA' TAĦT IS-SBATAX-IL SENA
09.11.2025
Centenary Stadium, Ta’ Qali
SVEZJA…3
MALTA…0
62' Fanny Peterson (SWE), 90+1' Lovia Breland (SWE), 90+4' Alice Radjso (SWE)
It-team nazzjonali tat-tfajliet ta’ Taħt is-17-il sena ppreżenta prestazzjoni eċċellenti kontra t-team b’saħħtu tal-Isvezja, iżda safa megħlub bl-iskor ta’ 3-0, bi tnejn mill-goals jaslu fil-ħin miżjud.
Wara t-telfa tagħhom ta’ 3-1 kontra l-Litwanja, it-tfajliet Maltin żgur li qamu għall-okkażjoni b’wirja kuraġġuża u determinata. Il-Maltin kienu qed ifittxu prestazzjoni rispettabbli kontra avversarji diffiċli bħall-Isvezja fit-tieni partita tagħhom tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew.
Kif kien mistenni, l-Isvezja bdew b’saħħithom u wara 13-il minuta kellhom l-ewwel opportunità tagħhom b’xutt qawwi ta’ Lina Selander Lofgren li ntemm ftit għoli.
Minuta wara, Stina Muren laqtet il-lasta hekk kif il-pressjoni bdiet tinbena. Lofgren kellha xutt ieħor li ġie salvat f’żewġ tentattivi mill-gaolkeerp Maltija, Katelyn Camilleri.
Għalkemm l-Isvezja komplew jiddominaw il-pussess, il-Maltin ma ċedewx pulzier, bil-goalkeeper Camilleri tagħmel sensiela ta’ saves impressjonanti. Id-difiża Maltija kienet immexxija b’mod eċċellenti minn Krista Sacco u Amy Bello Catania, li rnexxielhom jillimitaw il-ħsara tal-Isvediżi b’xuttijet minn barra l-kaxxa.

L-Isvediżi komplew jattakkaw biex jiftħu l-iskor iżda Camilleri kienet providenzjali hekk kif, fit-53 minuta, salvat xutt qawwi ta’ Fanny Peterson. Fis-60 minuta, Stina Myren laqtet il-lasta, bil-Maltin ikomplu jiddefendu.
Madankollu, żewġ minuti wara, l-Isvediżi fetħu l-iskor meta Peterson ġiet żmarkata quddiem il-lasta u b‘xutt qawwi għelbet lil Camilleri. Wara dan il-goal, l-Isvediżi naqqsu l-pressjoni, u, fis-70 minuta, il-Maltin kellhom ċans tajjeb biex jiksbu l-goal tad-draw meta waħedha quddiem il-lasta avversarja, sabet lid-difiża Svediża timblokka fil-ħin.
Iżda, l-Isvezja għalqu l-partita b’żewġ goals tard fil-ħin miżjud grazzi għal Lovisa Breland u Alice Radsjo.
Svezja
12 Hillevie Strobeck, 2 Ebba Hertzell, 3 Edit Rautio (4 Alice Radsjo, 64’), 5 Alva Wessberg (8 Ella Edstrand, 64’), 6 Thea Eriksson, 9 Lina Selander Lofgren, 10 Fanny Peterson, 11 Stina Myren (19 Thelma Alexandersson, 85’), 13 Lovisa Breland, 14 Ellie Junetoft (C) (18 Filippa Anderssen Widen, 64’), 16 Lilian Haggkvist (17 Stella Maiquez 77’)
Coach: Lovisa Delby
Malta
12 Katelyn Camilleri, 2 Amy Bello Catania, 5 Krista Sacco (21 Ana Mercieca, 46’), 7 Erika Cini (11 Kesia Farrugia, 90+1’), 8 Martina Vassallo (20 Gloria Cassar, 46’), 10 Kay Axiak, 14 Nina-Lee Naudi, 15 Alanah Ghio, 16 Sara Anneloes Shaladi, 19 Amberley Borg (18 Pearl May Scembri, 46’), 22 Isabelle Said
Coach: Clint Tabone
Referee: Mezvarinari Sharashanidze (GEO)