National Teams

Bidliet fl-iskwadra qabel il-logħba ta' ħbiberija kontra San Marino u dik taż taħt il-21 sena kontra l-Greċja

Published: 06-09-2025 14:28
WhatsApp Image 2025-09-06 at 14.27.10.jpeg
This article is also available in English.
Numru ta' bidliet għall-partita ta' ħbiberija tat-tim nazzjonali kontra San Marino u għal dik ta' kwalifikazzjoni tat-tim ta' taħt il-21 sena kontra l-Greċja
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Emilio De Leo, se jkun mingħajr numru ta plejers għall-partita ta’ ħbiberija li t-tim nazzjonali se jilgħab nhar it-Tlieta, 9 ta’ Settembru kontra San Marino fl-Istadium Nazzjonali fid-9.00pm. 
Wara analiża medika, mar-ritorn tat-tim nazzjonali f’Malta ftit sigħat wara l-partita ta' kwalifikazzjoni kontra l-Litwanja, kien deċiż li l-plejers Jake Brimmer u Jodi Jones jintbagħtu lura mal-klabbs rispettivi. Il-plejer Ryan Camenzuli wkoll kien eskluż mill-grupp ta’ plejers disponibbli biex ikun jista’ jirkupra medikament. Intant mistenni jirritorna fl-iskwadra l-plejer Matthew Guillaumier, li tilef l-aħħar partita minħabba sospensjoni. 
Il-kowċ nazzjonali ddeċieda li jibgħat lill-plejers Jake Azzopardi u Keyon Ewurum mal-iskwadra ta’ taħt il-21 sena.  Dawn tal-aħħar se jkunu impenjati fil-logħba kontra l-Greċja, logħba valida minn Grupp F tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA li se tintlagħab fis-Centenary Stadium, nhar it-Tlieta, 9 ta’ Settembru fis-7.00pm. 
Intant it-tim ta’ taħt il-21 sena wkoll se jkollu diversi plejers nieqsa mill-iskwadra minħabba li ma rkuprawx minn problemi fiżiċi.  Magħhom issa żdiedu l-plejers Basil Tuma u Alfie Bridgeman li baqgħu mweġġgħa u allura mhux se jkunu parti mill-iskwadra finali tal-kowċ Davide Mazzotta.