National Teams
IR-RUMANIJA B’SAĦĦITHOM WISQ GĦAL MALTA FL-EWWEL PARTITA TA’ ĦBIBERIJA INTERNAZZJONALI
Published: 28-02-2026 14:56




LOGĦBA TA' ĦBIBERIJA TAN-NISA TA' TAĦT ID-DSATAX IL-SENA
Centenary Stadium, 28.02.2026
MALTA...0
RUMANIJA...5
Ezster Szoke 20’ (0-1), Jasmine Ouatu 36’ (0-2), Amber Galea (OG) 71’ (0-3), Maria Olah 83’ (0-4), Rania Kara Jouli 86’ (0-5)
It-team Malti tan-nisa ta’ Taħt id-19-il sena, sofra telfa kbira f’logħba li fiha kkrolla lejn it-tmiem meta sofra tliet goals fi spazju ta’ kwarta.
Din kienet l-ewwel minn żewġ logħbiet ta’ ħbiberija internazzjonali bejn Malta u r-Rumanija li saret nhar is-Sibt filgħodu fis-Centenary Stadium.
Ir-Rumanija marru fil- vantaġġ fl-20 minuta b’azzjoni mill-aqwa mill-captain Eszter Szoke li faċilment għelbet lill-goalkeeper Erika Muscat.
L-avversarji tagħna komplew jiddettaw il-logħob u ma kienet l-ebda sorpriża li, fis-36 minuta, rduppjaw l-iskor meta Jasmine Ouatu kkonkludiet b’xutt qawwi li għeleb lill-goalkeeper Maltija għat-tieni darba.
Ftit minuti wara, r-Rumeni kważi skorjaw it-tielet goal meta cross ta’ Maria Ivan sab lil Szoke li x-xutt tagħha ġie b’xi mod ġie mblukkat mid-difiża Maltija.

Fl-44 minuta, il-Maltin setgħu naqqsu d-distakk meta Ema Micallef sabet lil Nyorah Celeste li madankollu rat l-isforz tagħha jiġi nnewtralizzat b’mod brillanti għal corner mill-goalkeeper Alesia Moldovan.
It-tfajliet Maltin bdew it-tieni taqsima b’mod brillanti u, fid-49 minuta, kienu sfortunati ħafna li ma naqqsux il-marġni meta free-kick minn barra l-kaxxa minn Lisa Calleja ħabat mal-lasta.
Ir-Rumanija rrispondew fil-65 minuta meta cross fit-tul ġiet antiċipat m inn Dana Ciobla li xeħtet lura bir-ras bix-xutt ta’ Giulia Dumitru jiġi mblukkat.
Fis-70 minuta, ir-Rumeni reġgħu heddew permezz ta’ Ciobla meta venvnet xutt fil-baxx li ġie salvat tajjeb minn Muscat.
Madankollu, mill-corner li rriżulta, sfortunatament, Amber Galea kkommettiet auto-goal biex ir-Rumeni komplew ikabbru l-vantaġġ bit-tielet goal.
Seba’ minuti mit-tmiem, ir-Rumanija għamluhom erbgħa b’azzjoni maħduma tajjeb li spiċċat b’Maria Olah issib ix-xibka mill-viċin.
Tliet minuti wara, it-telfa kompliet tikber meta Raina Kara Jouli għelbet lil Muscat b’xutt mill-viċin biex issiġillat ir-rebħa Rumena,
Malta: Erika Muscat, Thea Ida Scicluna (Angele Fenech 77’), Amber Galea, Francesca Bartolo, Ema Micallef, Nyorah Celeste, Thais Muscat (Shannen Mallia 64’), Suzanne Farrugia Sacco, Lara May Azzopardi, Stella Francalanza, Lisa Calleja (Shanna Farrugia 64’)
Coach: David Attard
Romania: Alesia Moldovan, Andra Mihaescu (Irina Apostol 60’), Bianca Corsei (Carina Raducu 60’), Sara Bortea (Rania Kara Jouli 60’), Violeta Bogos (Rania Kara 60’), Anastasia Radu (Dana Ciobala 60’), Eszter Szoke (Giulia Dumitru 60’), Maria Ivan, Alexia Niculescu (Irina Cicos 60’), Laureen Olescher (Anastasia Lonte 46’), Jasmine Ouatu (Maria Olah 60’)
Coach: Constantin Olariu
Referee: Paula Buttigieg