National Teams

MALTA TTEMM FI DRAW KONTRA T-TEAM QAWWI TAL-MAĊEDONJA TA' FUQ

Published: 16-02-2026 23:04
DSCF0181.jpg.jpg
DSCF0274.jpg.jpg
DSCF0289.jpg.jpg
DSCF0837 (1).jpg.jpg
DSCF1033.jpg.jpg
DSCF0620.jpg.jpg
DSCF0892.jpg.jpg
DSCF1277.jpg.jpg
This article is also available in English.

UNDER-16 INTERNATIONAL FRIENDLY
Centenary Stadium, 16.02.2025

MALTA…0
MAĊEDONJA TA' FUQ…0
(HT 0-0)

It-team ta’ Taħt is-16-il sena tas-subien, lagħab it-tieni logħba ta’ ħbiberija internazzjonali tiegħu kontra l-Maċedonja Ta' Fuq fi spazju ta’ tlett ijiem, fejn spiċċaw fi draw ta’ 0-0 wara wirja mill-aqwa fit-tieni taqsima li fiha ċertament kien jistħoqqlhom jiskorjaw.

Fl-ewwel logħba tas-Sibt li għadda, il-Maċedoni wrew li kienu wisq b’saħħithom b’rebħa ta’ 5-0, b’Malta tilgħab b’għaxar players għal aktar minn 80 minuta – partita li xorta kellha diversi aspetti pożittivi għaż-żgħażagħ Maltin.

Fil-bidu tal-logħba, l-attakkant Medin Emini kellu tentattiv li għadda għoli, filwaqt li fis-seba’ minuta, it-team ospitu wieġeb b’xutt ta’ Mateja Stevanovic li wkoll falla l-mira.

Il-goalkeeper ta’ Malta, Noah Mulholland, għamel diversi interventi tajbin minn sensiela ta’ corners tal-Maċedonja Ta' Fuq u fil-24 minuta d-difensur ċentrali Filip Gjorgjioski spara għoli mill-qrib wara azzjoni minn free-kick. Il-viżitaturi kellhom ċansijiet oħra qabel il-mistrieħ, iżda t-taqsima ntemmet mingħajr goals.

 

Malta tjiebet wara l-mistrieħ, iżżomm lill-avversarji fiin-naħa tagħhom stess għal perjodi twal. Fit-58 minuta, Sean Farrugia niżel mal-linja tal-lemin u qabeż lill-avversarju dirett tiegħu, bil-goalkeeper Dimitar Petrov jintervjeni tajjeb.

Għaxar minuti wara, Gianni Zerafa twaqqa’ fil-kaxxa f’dak li deher bħala penalty ċar, iżda r-referee ħalla l-logħob għaddej.

Fil-71 minuta, fuq in-naħa l-oħra, Mulholland salva mill-qrib opportunità ċara ta’ Marin Krstevski – bla dubju l-aqwa ċans tal-avversarji fit-tieni taqsima.

Fl-aħħar parti tal-logħba, tentattiv  ta’ Gianni Zerafa ġie mdawwar f’corner wara azzjoni mibnija tajjeb minn Malta. Fil-ħin miżjud, Petrov ċaħħad lil Jerome Gaffiero mill-goal tar-rebħa meta wettaq save kbir mid-daqqa ta’ ras tiegħu.

Malta
Noah Mulholland (Max Mizzi Mifsud 79’), Luke Buttigieg (Zack Xiberras 90’), Giorgio Cristauro (Kenzil Vella 76’), Nicholas Busuttil (Kaden Camilleri 90’), Matteo Mangion (Andrei Agius 90’), Emerson Agius (Liam Gatt 90’), Mateja Stevanovic (Liam Galea 75’), Sean Farrugia (Jerome Gaffiero 76’), Lukas Freddie Wright (Kenzil Vella 79’), Ayrem Aquilina (Gianni Zerafa 46’), Matthew Higgans (Cole Zerafa 46’).
Coach: Davide Mazzotta

Maċedonja Ta' Fuq
Dimitar Petrov, Adrian Veleski (Mihajlo Pavlov 71’), Filip Gjorgjioski (Matej Nikolov 79’), Amar Akiki (Mitko Stojanov 79’), Djihan Ibraimi (Ognen Sivevski 71’), Matej Bocheski, Aleksandar Polimac (Ilija Aksentiev 66’), Bobi Nedanovski (Marin Krstevski 66’), Efe Raifi (Dardan Ademi 46’), Medin Emini (Ejser Fetai 79’), Blagojche Sedloski (Dalibor Markovic 71’).
Coach: Ilami Isejni 

Referee
Kieron Haber (Malta)