National Teams
Malta ddawwar telfa f'rebħa biex irreġistrat double fuq San Marino
Published: 07-06-2025 21:15






Under-21 International Friendly
07.06.2025, Stadio di Acquaviva, San Marino
SAN MARINO...1
MALTA...2
(HT 1-0)
16’ Gabriel Capicchioni (SMR), 49’ Nicholas Agius (MLT), 89’ Alfie Bridgman (MLT)
Malta skorjat tard fil-partita biex kisbet it-tieni rebħa tagħha minn daqstant logħbiet barra minn xtutna kontra San Marino, u wriet reżiljenza biex dawret telfa f’rebħa b’żewġ gowls fit-tieni taqsima.
Il-logħba kellha bidu mimli tensjoni, biż-żewġ timijiet ifittxu li jirbħu d-dwelli tagħhom f’nofs il-grawnd, li wassal għal numru ta’ fouls.
L-ewwel ċans tal-logħba wasal fit-12-il minuta, meta corner mogħti minn Zak Barbara ma ġiex ikklerjat mid-difiża ta’ San Marino, bil-ballun jaqa’ għand Daniel Letherby li naqas li jagħmel kuntatt tajjeb mal-ballun biex it-tentattiv tiegħu ntemm barra.
Madankollu, fis-16-il minuta, San Marino fetħu l-iskor wara li l-Maltin tilfu l-pussess tal-ballun f’nofs il-ground biex Gabriel Capicchioni rċieva l-ballun u kien pront għeleb lill-goalkeeper, Luca Camilleri.
Wara dan il-goal, ir-ritmu naqas għall-kumplament tal-ewwel taqsima biex iċ-ċansijiet kienu skarsi.
Iżda ftit minuti qabel it-tmiem, il-Maltin kellhom ċans li jiksbu d-draw meta Joshua Pitts sab l-ispazju fuq ix-xellug qabel ma daħal fil-kaxxa iżda x-xutt tiegħu ġie salvat minn Jacopo Casadei.
It-team ospitu daħal jistrieħ b’goal vantaġġ u għaldaqstant it-tieni taqsima kienet waħda kbira għall-Maltin.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin ħarġu fuq l-offensiva fit-tenattiv li jiksbu d-draw, bil-coach, Davide Mazzotta, jagħmel erba’ bidliet fil-mistrieħ.
U ma tantx damu biex jagħmlu dan hekk kif fid-49 minuta, il-players tagħna għamlu l-iskor indaqs meta Isaiah Chukunyere ħarab lill-avversarju dirett tiegħu qabel ma għadda lejn Nicholas Agius li avvanza u għeleb lill-goalkeeper, Jacopo Casedei.

Malta kompliet tikkontrolla l-logħob iżda kienu San Marino li resqu ferm viċin meta, fl-74 minuta, il-free-kick ta’ Capicchioni ħabat mal-lasta.
Mandankollu, fl-84 minuta, il-Maltin irreċiprokaw meta f’kontrattakk il-ballun wasal għand Tristan Viviani fit-tarf tal-kaxxa u l-midfielder Malti venvent xutt qawwi, li iżda għadda ftit ċentimetri fuq il-lasta.
Peró, fid-89 minuta, il-players tagħna skorjaw il-goal tar-rebħa meta Gunner Elliot ħarab fuq ix-xellug, qabeż avversarju qabel ma kompla lejn Alfied Bridgman li b’xutt fil-baxx xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.
Il-Maltin komplew jippressaw fit-tentattiv li jiskorja goal ieħor u għaldaqstant żammew lill-avversarji fiż-żona tagħhom.
Din ir-rebħa kienet tfisser li t-team immexxi mill-coach Mazzotta, rebaħ iż-żewġ konfronti internazzjonali ta’ ħbiberija f’San Marino u b’hekk temm perjodu impressjonanti.

San Marino
12 Jacopo Casadei (GK), 2 Federico Domeniconi (3 Simone Gasperoni 53’), 5 Riccardo Zafferani, 8 Marco Casadei (23 Simone Tamagnini 53’), 9 Gabriel Capicchioni (6 Arda Kaan Yazici 81’), 10 Marco Gasperoni (C), 13 Nicolo Chiaruzzi, 14 Tommy Cervellini (16 Alessandro Mularoni 81’), 19 Giulio Maria Bugli (4 Enea Della Balda 53’), 21 Alberto Guerra (7 Simone Riccardi 53’), 22 Bartolomeo Riggioni
Coach: Matteo Cecchetti
Malta
1 Luca Camilleri (GK) (23 Karl Sargent 46’), 2 Kean Scicluna (16 Jake Micallef 82’), 4 Finley Ging (13 Malik Amin 82’), 5 Sven Xerri, 6 Andy Borg (C) (20 Jake Grech 82’), 7 Isaiah Chukunyere (14 Gunner Elliott 56’) , 8 Joshua Pitts (18 Alfie Bridgman 75’), 9 Nicholas Agius (11 Nathan Cross 56’), 10 Daniel Letherby (17 Tristan Viviani 46’), 19 Benjamin Hili (3 Mattias Ellul 46’), 21 Zak Barbara (22 Brooklyn Borg 46’)
Coach: Davide Mazzotta
Referee: Michele Beltrano
Ammoniti: Tommy Cervellini (SMR), Gabriel Capicchioni (SMR), Simone Tamagnini (SMR), Daniel Letherby (MLT), Nicholas Agius (MLT), Tristan Viviani (MLT)