National Teams
REGINI JĦABBAR L-ISKWADRA FINALI TA’ 20 PLAYER GĦALL-KWALIFIKI TAL-KAMPJONAT EWROPEW TA’ TAĦT ID-19-IL SENA
Published: 22-03-2026 11:14
Il-coach nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena, Vasco Regini, ħabbar skwadra finali ta’ 20 player għall-partiti li ġejjin tal-Ewwel Rounnd tal-Kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew.
Malta ttellgħet fi Grupp B4, flimkien man-Norveġja, l-Albanija u l-Lussemburgu, bil-logħbiet se jintlagħbu fl-Albanija.
L-ewwel partita se tara lil Malta tiltaqa’ man-Norveġja nhar l-Erbgħa 25 ta’ Marzu, f’12.00 pm, fl-Istadium Niko Dovana f’Durres, l-Albanija. Wara, Malta se tilgħab kontra t-team ospitu, l-Albanija, fil-House of Football f’Tirana, nhar is-Sibt 28 ta’ Marzu, fit-3.00 pm. L-aħħar konfront ta’ Malta se jkun kontra l-Lussemburgu nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu fit-3.00 pm, fl-Istadium Niko Dovana.
Il-logħbiet tal-ewwel rawnd se jiddeterminaw liema timijiet jitilgħu u liema jinżlu qabel it-tieni round li se jsir fil-ħarifa ta’ din is-sena. It-tielet round jintlagħab fir-rebbiegħa tal-2027, filwaqt li t-tournament finali se jsir fis-sajf tal-2027, fiċ-Ċekja.
Regini inizjalment kien ħabbar skwadra ta’ 28 player, iżda issa naqqasha għal skwadra finali ta’ 20 player.
L-iskwadra hija:
Goalkeepers
Adam Newell (Pietà Hotspurs FC), Jayden Farrugia (Mosta FC)
Difensuri
Ismael Vella (Pietà Hotspurs FC), Ben Gaerty (St Andrews FC), Sky Chetcuti (Valletta FC), Aeneas Farrugia (Mosta FC), Gianluca Cauchi (St Andrews FC), Sam Abo Assaf (Pietà Hotspurs FC)
Midfielders
Jack Camilleri (St Andrews FC), Andreas Vella (Melita FC), Benjamin Flavell (Birmingham City FC - Ingilterra), Luke Urpani (Mosta FC), Benjamin Spiteri (San Ġwann FC), Zaiden Formosa (Valletta FC)
Attakkanti
Jaylen Zarb (Pietà Hotspurs FC), Zyas Vella Newell (Floriana FC), Ethan Brincat Winters (St Andrews FC), Matteo Paolo Grech (Valletta FC), Gunner Elliott (Chesterfield FC - Ingilterra), Scott Camilleri (Ħamrun Spartans FC)