National Teams
REGINI JĦABBAR L-ISKWADRA FINALI TA’ 20 PLAYER GĦALL-KWALIFI TAL-KAMPJONAT EWROPEW U19
Published: 11-11-2025 09:56
Il-coach nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena, Vasco Regini, ħabbar lista finali ta’ 20 player għall-partiti li ġejjin validi mill-Kampjonat Ewropew.
Malta ġiet mtella’ fi Group 13 flimkien mal-Irlanda ta’ Fuq, iċ-Ċekja u l-Azerbaijan. Malta se tkun qed tospita l-grupp, bil-partiti jintlagħbu fis-Centenary Stadium u fin-National Football Centre, f’Ta’ Qali.
Malta, li se tkun qed tilgħab il-partiti kollha tagħha fis-Centenary Stadium, tibda l-kampanja tagħha nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru 2025 kontra l-Irlanda ta’ Fuq, fil-11.00 am. Din se tkun segwita minn partita kontra ċ-Ċekja nhar is-Sibt, 15 ta’ Novembru 2025, fil-11.00 am ukoll. Imbagħad, l-impenji tal-Maltin jiġu fi tmiemhom nhar it-Tlieta, 18 ta’ Novembru 2025, b’logħba kontra l-Azerbaijan, fil-11.00 am.
Oriġinarjament, il-coach Regini kien għażel lista proviżorja ta’ 25 player, iżda issa naqqasha għal 20 plejer.
Il-lista finali hija:
Goalkeepers
James Sissons (Chesterfield FC – ING), Carlos Camilleri (Hibernians FC)
Difensuri
Nathan Joyce (Floriana FC), George Grima (Melita FC), Aidan Agius (Mosta FC), Sheldon Borg (Pietà Hotspurs FC), Shaun Xiberras (Pietà Hotspurs FC), Malik Marwan Amin (Marconi Stallions FC – AUS), Jayden Vella (Pietà Hotspurs FC)
Midfielders
Thomas Melillo (Valletta FC), Dejan Farrugia (Floriana FC), Luke Bugeja (Pietà Hotspurs FC), Jack Camilleri (St Andrews FC), Liam Micallef (Żabbar St Patrick FC), Andreas Vella (Melita FC)
Attakkanti
Jake Borg (Pietà Hotspurs FC), Kay Giyan Bartolo (Wealdstone FC – ING), Emerson Piscopo (Floriana FC), Lyon Abela (Hibernians FC), Nathan Zerafa (Floriana FC)
BILJETTI
Il-biljetti għal dawn il-partiti issa huma disponibbli fuq il-portal tal-biljetti tal-Malta FA!
Malta vs l-Irlanda ta’ Fuq – 12 ta’ Novembru 2025 – 11:00am
Centenary Stadium
Side A (Partitarji ta’ Malta) – Adulti: €6 (Tfal taħt il-12-il sena, Anzjani u Konċessjonijiet: €3)
Side C (Partitarji tal-Irlanda ta’ Fuq) – Adulti: €6 (Tfal taħt il-12-il sena, Anzjani u Konċessjonijiet: €3)
Ċekja vs Malta – 15 ta’ Novembru 2025 – 11:00am
Centenary Stadium
Side A (Partitarji taċ-Ċekja) – Adulti: €6 (Tfal taħt il-12-il sena, Anzjani u Konċessjonijiet: €3)
Side C (Partitarji ta’ Malta) – Adulti: €6 (Tfal taħt il-12-il sena, Anzjani u Konċessjonijiet: €3)
Azerbaijan vs Malta – 18 ta’ Novembru 2025 – 11:00am
Centenary Stadium
Side A (Partitarji tal-Ażerbajġan) – Adulti: €6 (Tfal taħt il-12-il sena, Anzjani u Konċessjonijiet: €3)
Side C (Partitarji ta’ Malta) – Adulti: €6 (Tfal taħt il-12-il sena, Anzjani u Konċessjonijiet: €3)