National Teams
DAVIDE MAZZOTTA JSEJJAĦ L-ISKWADRA TA' TAĦT IS-16-IL SENA GĦALL-UEFA DEVELOPMENT TOURNAMENT
Published: 03-03-2026 10:10
Il-coach nazzjonali ta’ Taħt is-16-il sena, Davide Mazzotta, skwadra ta' 20 player għall-UEFA Development Tournament li se jsir fis-Centenary Stadium.
Malta se jkollha tliet logħbiet interessanti kontra Ġibiltà, San Marino u Andorra fil-jiem li ġejjin, hekk kif it-team ikompli jikseb l-esperjenza internazzjonali.
L-ewwel logħba se tara lil Malta tilgħab kontra Ġibiltà nhar l-Erbgħa 4 ta' Marzu fis-1.30 pm. Din imbagħad se tkun segwita minn logħba kontra San Marino nhar il-Ġimgħa 6 ta' Marzu, ukoll fis-1.30 pm. L-aħħar logħba tat-tournament se ssir nhar it-Tnejn 9 ta’ Marzu, b’Malta tilgħab kontra Andorra, dejjem fis-1.30pm.
Dawn it-tliet logħbiet se jippermettu lit-team ta’ Mazzotta jkompli javvanza fi stadju ewlieni tal-iżvilupp tagħhom. It-tliet logħbiet se jkunu mxandra b’mod dirett fuq il-fuq il-kanal YouTube tal-Malta FA.
L-iskwadra ta’ 20 player imħabbra minn Mazzotta hija din:
Goalkeepers
Dejan Gatt (Valletta FC), Noah Mulholland (Hibernians FC)
Difensuri
Emerson Agius (Valletta FC), Luke Buttigieg (St Andrews FC), Giorgio Cristauro (St Andrews FC), Liam Galea (Hibernians FC), Liam Gatt (Hibernians FC), Kaiden Grixti (Hibernians FC), Matteo Mangion (Hamrun Spartans FC)
Midfielders
Ayrem Aquilina (Valletta FC), Nicholas Busuttil (St Andrews FC), Jayden Roe (Hibernians FC), Kayden Hili (Valletta FC), Sean Farrugia (Shelbourne FC – Irlanda), Cole Zerafa (Hibernians FC)
Attakkanti
Matthew Higgans (Hamrun Spartans FC), Lukas Freddie Wright (Queens Park Rangers – Ingilterra), Mateja Stevanovic (St Andrews FC), Kenzil Vella (Hibernians FC), Gianni Zerafa (Hibernians FC)