National Teams

MAZZOTTA JSEJJAĦ SKWADRA TA’ 31 PLAYER GĦAL-LOGĦBIET MILL-KAMPJONAT EWROPEW TA’ TAĦT IL-21 SENA

Published: 15-03-2026 17:32
DSCF6780.jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali  ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, ħabbar skwadra proviżorja ta’ 31 player għall-Kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew kontra l-Ġreċja u Georgia, barra minn xtutna.

L-iskwadra Maltija, l-ewwel se tivvjaġġa lejn il-Greċja għas-sitt logħba tagħha tal-kampanja li jinsabu fil-quċċata ta’ Grupp F. Il-partita se tintlagħab, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu, fl-Istadium Muniċipali ta’ Livadia, fil-5.00 pm.

Wara l-iskwadra tivvjaġġa lejn il-Georgia għall-partita li se tintlagħab, nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu, fl-4.00 pm, fl-Istadium Ramaz Shengelia, f’Kutaisi.

Filwaqt li Malta kellha bidu diffiċli fil-Grupp F, il-partita internazzjonali li ġejja tippreżenta lit-team immexxi mill-coach Mazzotta opportunità biex ifittex aktar titjib u biex juri l-potenzjal tiegħu kontra avversarji ewlenin.

It-team għandu bosta uċuh ġodda, li jinkludu lil Nikita Shchepetkin, li jilgħab għal US Livorno tal-Italja, flimkien ma’ Fabian Lauri u Nicholas Strickland ta’ Sliema Wanderers, Dejan Farrugia ta’ Gzira United, u Kaiden Fenech ta’ Birkirkara.

L-iskwadra proviżorja ta’ 31 player imsejħa minn Mazzotta hija:

Goalkeepers
Liam Frendo (Valletta FC), Fabian Lauri (Sliema Wanderers FC), Hugo Sacco (Hibernians FC), Karl Sargent (Gzira United)

Difensuri
Deacon Abela (Gzira United), Miguel Azzopardi (Birzebbuga St Peter’s FC), Nathan Cross (Birkirkara FC), Mattias Ellul (Valletta FC), Ivin Farrugia (Mgarr United), Benjamin Hili (Swieqi United), Nikita Shchepetkin (US Livorno – Italja), Kean Scicluna (Zabbar St Patrick FC), Jake Vassallo (Mosta FC), Tristan Viviani (San Diego State – Stati Uniti), Sven Xerri (Hamrun Spartans FC)

Midfielders
Andrew Borg (Gzira United), Brooklyn Borg (Gzira United), Bjorn Buhagiar (Gzira United), Lucas Caruana (Hibernians FC), Dejan Farrugia (Gzira United), Jake Grech (Balzan FC), Daniel Letherby (Naxxar Lions FC), Jake Micallef (Zabbar St Patrick FC), Kaiden Fenech (Birkirkara FC)

Attakkanti
Nicholas Agius (Zabbar St Patrick FC), Zak Barbara (Swieqi United), Kai Bartolo (Wealdstone FC – Ingilterra), Sean Gatt (Santa Lucia FC), Nicholas Strickland (Sliema Wanderers FC), Joshua Pitts (Ipswich Town FC – Ingilterra), Gabriel Vella (Kercem Ajax FC)