National Teams
DAVIDE MAZZOTTA JSEJJAĦ L-ISKWADRA TA’ TAĦT IL-21 GĦAL TRANING CAMP
Published: 17-05-2026 11:30
Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, ħabbar skwadra ta’ 31 player qabel il-kamp ta’ taħriġ li ġej li se jsir fl-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju.
It-team żagħżugħ Malti se jkun qed jagħmel kamp ta’ taħriġ hekk kif Mazzotta u l-coaching staff tiegħu qed ifittxu li jintegraw aktar il-players fit-team.
Bħala parti minn dan il-kamp, it-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena se jkollu wkoll logħba ta’ ħbiberija internazzjonali barra minn darna kontra l-Moldova. Il-logħba se ssir fl-4 ta’ Ġunju, fil-Municipality Stadium, f’Orhei, fil-Moldova. Il-logħba tibda fis-6.00 pm.
Din il-laqgħa se sservi bħala opportunità kbira għat-team biex ikompli jikseb aktar esperjenza fix-xena internazzjonali u jiżviluppa aktar. Se tkun ukoll opportunità għal Mazzotta u l-coaching staff tiegħu biex jivvalutaw il-players wara t-tmiem tal-istaġun domestiku.
Interessanti huwa l-fatt l-iskwadra ta’ 31 player magħżula minn Mazzotta tinkludi ħames players li bħalissa qed jilagħbu barra minn xtutna, f’pajjiżi bħall-Ingilterra, l-Istati Uniti u l-Italja.
L-iskwadra ta’ 31 player imħabbra minn Mazzotta hija din:
Goalkeepers
Karl Sargent (Gzira United), Liam Frendo (Valletta FC), Fabian Lauri (Sliema Wanderers FC), Jake Scicluna (Marsa FC)
Difensuri
Deacon Abela (Gzira United), Nathan Cross (Birkirkara FC), Ivin Farrugia (Mgarr United), Matteo Gambin (Fgura United), Benjamin Hili (Balzan FC), Shelom Magri (Birkirkara FC), Zven Polidano (Zabbar St Patrick FC), Nikita Shchepetkin (US Livorno – Italja), Tristan Viviani (San Diego – Stati Uniti), Sven Xerri (Hamrun Spartans FC)
Midfielders
Andrew Borg (Gzira United), Bjorn Buhagiar (Gudja United), Lucas Caruana (Hibernians FC), Dejan Farrugia (Gzira United), Kaden Fenech (Birkirkara FC), Jae Grech (Balzan FC), Jake Micallef (Zabbar St Patrick FC), Lukas Okeke (Swieqi United)
Attakkanti
Shaisen Attard (Hamrun Spartans FC), Kai Bartolo (Amersham Town FC – Ingilterra), Brooklyn Borg (Gzira United), Alfie Bridgman (Moneyfields FC – Ingilterra), Isaiah Chukunyere (Hibernians FC), Aston Ellard (Barnsley FC - Ingilterra), Sean Gatt (Santa Lucia FC), Trezeguet Zammit (Sirens FC), Gabriel Vella (Kercem Ajax FC)