National Teams

MAZZOTTA JSEJJAĦ SKWADRA TA’ 25 PLEJER GĦALL-KWALIFIKI TAL-KAMPJONAT EWROPEW TA’ TAĦT IL-21 SENA

Published: 07-11-2025 17:13
DSCF4185.jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali  ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, għażel skwadra ta’ 25 player għal-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew  kontra l-Ġermanja u l-Latvja.

Matul dan il-perjodu, Malta se tivvjaġġa lejn il-Ġermanja għat-tieni logħba barra minn darna f’din il-kampanja.

Il-konfront kontra l-ġganti Ewropej se jintlagħab, nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, fl-Istadium Sportpark Ronhof Thomas Sommer, fil-belt ta’ Furth. Il-logħba se tibda fis-6.00 pm u se tixxandar fuq TVMi.mt.

Wara din il-partita, it-team ta’ Taħt il-21 sena se jirritorna f’pajjiżna biex jipprepara għal-logħba kontra l-Latvja, li tintlagħab, nhar it-Tlieta, 18 ta’ Novembru,  fis-Centenary Stadium, fis-7.00 pm. Il-biljetti għal-logħba se jkunu għall-bejgħ fuq il-portal tal-Malta FA fil-jiem li ġejjin.

S’issa, it-team Malti ffaċċja tliet logħbiet ta’ sfida fil-kampanja ta’ kwalifikazzjoni. Il-logħbiet li ġejjin jippreżentaw opportunità oħra siewja għall-iskwadra ta’ Mazzotta biex turi l-progress u r-reżiljenza tagħha fix-xena internazzjo­nali kontra oppożizzjoni qawwija.

Min-naħa l-oħra, il-players żgħażagħ se jkunu ħerqana li jagħtu prestazzjonijiet b’saħħithom, ikomplu l-iżvilupp tagħhom u jsaħħu l-koeżjoni tat-team hekk kif iħarsu ’l quddiem fil-vjaġġ ta’ kwalifikazzjoni tagħhom.

L-iskwadra ta’ 25 player magħżula minn Mazzotta hija:

Goalkeepers
Liam Frendo (Valletta FC), Karl Sargent (Gzira United), Hugo Sacco (Hibernians FC), Jake Scicluna (Marsa FC)

Difensuri
Deacon Abela (Gzira United), Nathan Cross (Birkirkara FC), Ivin Farrugia (Mgarr United), Benjamin Hili (Balzan FC), Jake Micallef (Zabbar St Patrick FC), Kean Scicluna (Zabbar St Patrick FC), Jake Vassallo (Mosta FC), Aiden Zammit (Hibernians FC)

Midfielders
Jake Azzopardi (Valletta FC), Andrew Borg (Gzira United), Bjorn Buhagiar (Gudja United), Lucas Caruana (Hibernians FC), Jake Grech (Balzan FC), Daniel Letherby (Hamrun Spartans FC)

Attakkanti
Nicholas Agius (Zabbar St Patrick FC), Aston Ellard (Barnsley - Ingilterra), Shaisen Attard (Hamrun Spartans FC), Keyon Ewurum (Valletta FC), Sean Gatt (Santa Lucia FC), Joshua Pitts (Ipswich Town - Ingilterra), Gabriel Vella (Tarxien Rainbows FC)