National Teams

MAZZOTTA JĦABBAR L-ISKWADRA FINALI TA’ 23 PLAYER GĦALL-KWALIFI TAL-KAMPJONAT EWROPEW

Published: 12-11-2025 13:09
DSCF6921.jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, ħabbar l-iskwadra finali ta’ 23 player għall-kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew, kontra l-Ġermanja u l-Latvja. 

It-team Malti, l-ewwel se jivvjaġġa lejn il-Ġermanja għat-tieni logħba barra minn xtutna mill-kampanja ta’ kwalifikazzjoni, bil-logħba tintlagħab, nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru 2025, fl-Istadium Sportpark Ronhof Thomas Sommer, f’Furth. Il-logħba tibda fis-6.00 pm, u se tixxandar b’mod dirett fuq TVMSport.mt.

Wara dan, it-team Malti se jirritorna pajjiżna għall-partita kontra l-Latvja, nhar it-Tlieta 18 ta’ Novembru, 2025, fis-Centenary Stadium, fis-7.00 pm. 

Il-biljetti  huma għall-bejgħ fuq il-portal tal-biljetti tal-Malta FA.

Malta diġà ffaċċjat tliet timijiet f’din il-kampanja tal-Kampjonat Ewropew u filwaqt li t-team immexxi minn Mazzotta għadu ma kisibx punt, dawn iż-żewġ partiti se joffru oppurtunitajiet biex juri progress kontra avversarji tal-ogħla livell. 

L-iskwadra ta’ 23 player imsejħa minn Mazzott hija:

Goalkeepers
Liam Frendo (Valletta FC), Karl Sargent (Gzira United), Hugo Sacco (Hibernians FC)

Difensuri
Deacon Abela (Gzira United), Miguel Azzopardi (Birzebbuga St Peter’s FC) Nathan Cross (Birkirkara FC), Ivin Farrugia (Mgarr United), Benjamin Hili (Balzan FC), Jake Micallef (Zabbar St Patrick FC), Kean Scicluna (Zabbar St Patrick FC), Jake Vassallo (Mosta FC)

Midfielders
Jake Azzopardi (Valletta FC), Andrew Borg (Gzira United), Bjorn Buhagiar (Gudja United), Lucas Caruana (Hibernians FC), Jake Grech (Balzan FC), Daniel Letherby (Hamrun Spartans FC)

Attakkanti
Nicholas Agius (Zabbar St Patrick FC), Shaisen Attard (Hamrun Spartans FC), Keyon Ewurum (Valletta FC), Sean Gatt (Santa Lucia FC), Joshua Pitts (Ipswich Town - Ingilterra), Basil Tuma (Reading FC – Ingilterra)

BILJETTI

Il-biljetti għall-logħba tat-Tim Nazzjonali Malti U21 kontra l-Latvja issa jistgħu jinxtraw minn fuq il-portal tal-biljetti tal-Malta FA.

Kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA U21 2027 – Grupp 6
Malta vs Latvja

18 ta’ Novembru 2025 fis-7.00 pm
Centenary Stadium

-Side A:
Adulti: €10 (Anzjani u Konċessjonijiet: €6)
Tfal taħt it-12-il sena: Dħul b’xejn

IXTRI l-BILJETTI

Assigura postek biex tgħin tinkoraġġixxi lit-team għal din il-logħba kruċjali!