National Teams

IMSEJĦA L-ISKWADRA TA’ TAĦT IS-17-IL SENA TAT-TFAJLIET GĦAL-LOGĦBIET TA’ ĦBIBERIJA KONTRA R-RUMANIJA

Published: 18-10-2025 10:28
DSCF1484.jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt is-17-il sena tat-Tfajliet, Clint Tabone, ħabbar skwadra ta’ 20 player għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija internazzjonali kontra r-Rumanija  barra minn xtutna.

Dan it-team żagħżugħ se jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Football, f’Buftea, ir-Rumanija, bħala parti mit-tħejjijiet tagħhom għall-fażi  ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew fil-futur qrib.

L-ewwel partita kontra r-Rumanija se tintlagħab nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Ottubru, f’12.00 pm. It-tieni logħba se tintlagħab, nhar il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, f’12.00 pm ukoll. 

Dawn il-partiti se jservu bħala  tħejjija ideali  għall-Kampjonat Ewropew Round 1, hekk kif Malta ttellgħet biex tilgħab fi Grupp 5 ta’ League B, flimkien ma’ l-Isvezja u l-Litwanja. Malta se tkun il-pajjiż ospitu ta’ dan it-tournament. 

B’riżultat ta’ dan, it-team se jkun qed jimmira li jibni momentum pożittiv qabel il-logħbiet kompetittivi li mistennija jsiru fil-bidu ta’ Novembru.

L-iskwadra ta’ 20 player magħżula hija:

Goalkeepers
Katelyn Camilleri (Swieqi ZSP FC), Ezlyana Degiorgio (Hibernians FC)

Difensuri
Amy Catania (Hibernians FC), Erika Cini (Valletta FC), Kesia Farrugia (Valletta FC), Jade Galea (Hibernians FC), Edeson Grixti (Hibernians FC), Amy Portelli (Swieqi United), Krista Sacco (Birkirkara FC), Sara Anneloes Shaladi (Swieqi ZSP FC)

Midfielders
Kay Axiak (Birkirkara FC), Amy Borg (Swieqi ZSP FC), Alanah Ghio (Hibernians FC), Ana Mercieca (Birkirkara FC), Nina-Lee Naudi (Sampdoria – Italja), Olivia Nazarko (Hibernians FC), Isabelle Said (Liverpool International Academy – Kanada)

Attakkanti
Amberley Borg (Swieqi ZSP FC), Gloria Cassar (Birkirkara FC), Alessandra Consoli (Oratory Youths FC)