National Teams

TESSE SSEJJAĦ L-ISKWADRA FINALI GĦALL-KWALIFIK TAT-TAZZA TAD-DINJA KONTRA L-ISVIZZERA U T-TURKIJA

Published: 02-06-2026 19:21
Coach Manuela Tesse - (c) Latvia FA
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali, Manuela Tesse, ħabbret skwadra ta’ 23 player qabel l-aħħar impenji ta’ Malta fil-Kwalifiki Ewropej għat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2027.

Malta se tibda billi tivvjaġġa lejn l-Isvizzera għall-partita barra minn darna, nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju, fl-AIL Arena, f’Lugano, qabel terġa’ lura Malta biex tilqa’ lit-Turkija fis-Centenary Stadium, fid-9 ta’ Ġunju. Il-partita kontra l-Isvizzera tibda fis-7.30 pm ħin lokali, filwaqt li l-konfront f’darna kontra t-Turkija tibda fis-7.00 pm.

Tesse żammet in-nukleu tal-players li lagħbu b’mod regolari matul il-kampanja ta’ kwalifikazzjoni, filwaqt li reġgħu ġew inklużi bosta players li jilagħbu barra minn Malta wara staġuni pożittivi mal-clubs tagħhom.

Madankollu, l-għażla ta’ Tesse ġiet affettwata minn diversi injuries li sofrew players stabbiliti. Stephania Farrugia, Rebecca Bajada, Sara Saliba u Leah Ayres, għadhom barra mill-azzjoni minħabba injuries fit-tul, filwaqt li l-Aqwa Player tal-Football Femminili tal-MFA tas-sena, Yulya Carella, mhijiex disponibbli wara injury li sofriet riċentement.

Il-captain, Emma Lipman, ġiet magħżula fl-iskwadra iżda se titlef il-partita tal-ftuħ kontra l-Isvizzera minħabba sospensjoni.

L-impenji ta’ dan ix-xahar se jagħlqu l-kampanja ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja għal Malta, bit-team nazzjonali tan-nisa jfittex li jtemmha b’riżultat pożittiv kontra żewġ avversarji b’saħħithom fil-Grupp B2.

L-Isvizzera, li bħalissa tinsab fost l-aqwa timijiet nazzjonali fl-Ewropa, se tipprovdi sfida diffiċli barra minn darha, filwaqt li Malta se tkun qed tfittex li tagħmel l-aħjar użu mill-vantaġġ tal-ground tagħha meta tilqa’ lit-Turkija fiċ-Centenary Stadium, erbat ijiem wara.

BEJGĦ TAL-BILJETTI

Il-biljetti għall-partita f’darna kontra t-Turkija fid-9 ta’ Ġunju se jkunu disponibbli biss fil-bibien tal-istadium dakinhar tal-partita. Mhux se jkunu disponibbli biljetti online.

L-iskwadra msejħa hija:

Goalkeepers
Maya Cachia (Hibernians FC), Raisa Costantino (Pro Palazzolo, Italja), Giulia D’Antuono (Mġarr United FC)

Difensuri
Tammy Falzon (Swieqi United FC), Jade Flask (Swieqi United FC), Alexandra Gatt (York City Ladies, Ingilterra), Oceane Grange (Freedom FC Women, Italja), Emma Lipman (Genoa CFC Women, Italja), Maya Lucia (Apollon Ladies FC, Ċipru), Emma Xuereb (Swieqi United FC)

Midfielders
Jana Barbara (VfR Warbeyen, Ġermanja), Francesca Bartolo (Hibernians FC), Brenda Borg (Mġarr United FC), Leanne Cefai (Mġarr United FC), Rachel Cuschieri (Genoa CFC Women, Italja), Emma Flannery (Albion SC Las Vegas, Stati Uniti), Veronique Mifsud (Mġarr United FC), Shona Zammit (Swieqi United FC)

Attakkanti
Haley Bugeja (Inter Women, Italja), Nyorah Celeste (Hibernians FC), Maria Farrugia (Bristol City Women FC, l-Ingilterra), Nicole Sciberras (Hibernians FC), Kailey Willis (Venezia Calcio Femminile, Italja)