National Teams
IMĦABBRA L-ISKWADRA TAL-U/17 TAT-TFAJLIET GĦAŻ-ŻEWĠ PARTITI TA’ ĦBIBERIJA KONTRA L-ARABJA SAWDITA F’ĠUNJU LI ĠEJ
Published: 20-05-2026 09:25
Il-coach nazzjonali ta’ Taħt is-17-il sena tat-Tfajliet, Clint Tabone, ħabbar skwadra ta’ 22 plejer għall-partiti internazzjonali ta’ ħbiberija li ġejjin kontra L-Arabja Sawdita f’Ġunju li ġej.
Iż-żewġ partiti se jintlagħbu fis-Centenary Stadium nhar l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju u s-Sibt 6 ta’ Ġunju, bl-ewwel partita tibda fil-5.00 pm, filwaqt li t-tieni waħda tibda fis-6.00 pm.
Dawn il-partiti ta’ ħbiberija se jipprovdu opportunità oħra importanti għat-tim sabiex ikompli l-preparamenti tiegħu u jikseb esperjenza internazzjonali qabel il-logħbiet tal-ewwel round tal-Kwalifikazzjoni Ewropea, bit-tlugħ tal-poloz skedat għall-11 ta’ Ġunju.
Partiti
L-Erbgħa 3 ta’ Ġunju 2026
WU17 | Malta vs Arabja Sawdita | 5.00 pm
Is-Sibt 6 ta’ Ġunju 2026
WU17 | Malta vs Arabja Sawdita | 6.00 pm
L-iskwadra tinkludi taħlita ta’ plejers imwielda fl-2010, 2011 u 2012, b’diversi talenti żgħażagħ jerġgħu jingħataw opportunità fuq livell internazzjonali hekk kif it-tim ikompli l-programm ta’ żvilupp tiegħu.
Skwadra
Goalkeepers
Katelyn Camilleri (Swieqi ZSP), Mariah Chircop (San Ġwann).
Difensuri
Amy Borg (Swieqi ZSP), Rihanna Fava Borg (Hibernians), Cassidy Massa (Hibernians), Erika Cini (Valletta), Kesia Farrugia (Valletta), Martina Mendez Vasquez (Hibernians), Maria Ilenia Micallef (Swieqi ZSP), Amie Marta Portelli (Birkirkara), Ana Vassallo (Lija Mġarr).
Midfielders
Katrina Catania (Birkirkara), Katrine Jorgenson (Swieqi ZSP), Elanya Mallia (Lija Mġarr), Jade Micallef Cassar (Birkirkara), Keziah Richard (Hibernians), Sara Anneloes Shaladi (Swieqi ZSP).
Attakkanti
Amberley Borg (Swieqi ZSP), Shanaia Mifsud (Valletta), Martina Montebello Caruana (Swieqi ZSP), Amy Muscat (Birkirkara), Francesca Spiteri Busuttil (Lija Mġarr).