National Teams

It-team nazzjonali tan-nisa jimmira għal titjib hekk kif se jaffronta lil Georgia

Published: 03-04-2025 19:13
Malta WNT MD-1 vs Georgia.jpg
This article is also available in English.

It-team nazzjonali tan-Nisa se jkun qed jimmira li jtejjeb il-prestazzjonijiet tiegħu fit-tentattiv li jikseb il-promozzjoni meta jaffronta lil Georgia darbtejn fi spazju ta’ erbat ijiem liema partiti huma validi minn Grupp C2 tal-UEFA Nations League.

Il-partita se tintlagħab fil-Mikhail Meskhi-2 Stadium fi Tbilisi, fis-7pm ħin lokali (5.00 pm ħin ta’ Malta), u se tintwera dirett fuq TVMSport+.

Il-prestazzjonijiet riċenti

Wara li ġew analizzati l-wirjiet kontra Ċipru u Andorra, il-coach nazzjonali, Manuela Tesse, temmen li t-team irid jiskopri mill-ġdid l-ispirtu kumbattiv li kkaratterizza l-kampanja preċedenti tagħhom fil-UEFA Nations League.

It-telfa kontra Ċipru enfasizzat il-ħtieġa ta’ mentalità aktar b’saħħitha, filwaqt li r-rebħa fuq Andorra enfasizzat oqsma li jeħtieġu titjib – l-aktar id-dixxiplina tattika u t-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Minkejja li sibna x-xibka darbtejn biss fl-aħħar żewġ logħbiet, Tesse tibqa’ ottimista dwar il-potenzjal tal-attakk Malti fejn semmiet ukoll il-bravuri ta’ Haley Bugeja li spiċċat bħala t-tieni l-aqwa skorer fost Gruppi A, B, u C fl-aħħar kampanja. Tesse tibqa’ kunfidenti li dan irid juri l-abbiltà tat-team li jibqa’ jkun konsistenti.

Tesse rrikonoxxiet ukoll li l-logħbiet internazzjonali jeħtieġu livell ogħla ta’ intensità mill-kampjonat Malti, filwaqt li saħqet ukoll fuq l-importanza li wieħed jadatta b’mod effettiv b’konċentrazzjoni massima. 

Il-partita kontra Georgia

Waqt li kienet qed titkellem dwar din il-logħba, Tesse antiċipat partita diffiċli kontra t-team ta’ Georgia magħruf għar-reżiljenza u d-determinazzjoni li ma jċedi qatt. Iżda hija temmen li jekk Malta tilgħab bis-saħħa massima  tagħha, tibqa’ dixxiplinata, u tibqa’ ffukata għad-90 minuta sħaħ, għandhom ċans tajjeb li jiksbu l-punti.

Perspettivi tal-Players

Id-difensur u l-captain tat-team  Malti, Emma Lipman, għarfet li l-logħob preċedenti ma wrewx il-kalibru veru tal-iskwadra,  iżda hija determinata li tara lit-team jilgħab aktar b’mod matur. 

Intant, l-attakkanta Haley Bugeja tqis il-partiti li ġejjin – kemm barra minn xtutna kif ukoll f’darna – bħala opportunità eċċellenti biex jakkwistaw sitt punti, sakemm kulħadd jagħti l-massimu tiegħu. 

Imsaħħaħ mix-xewqa tagħhom li jkompli jibni l-momentum, it-team Malti jidħol għal din il-logħba bit-tama li jikseb riżultat pożittiv.

Wirja qawwija f’din il-partita tista’ tagħti direzzjoni ġdid għall-bqija tal-kampanja tagħhom fin-Nations League u ssaħħaħ il-progress tal-objettiv ewlieni fix-xena internazzjonali.