National Teams

IKKONFERMATA L-ISKWADRA FINALI TAN-NISA GĦAL KONTRA L-IRLANDA TA’ FUQ

Published: 11-04-2026 11:55
WhatsApp Image 2026-04-06 at 09.13.18.jpeg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali tan-Nisa, Manuela Tesse, ikkonfermat l-iskwadra finali li se tivvjaġġa għal-logħba barra minn darna tal-kwalifika tal-Kampjonat Ewropew League B, kontra l-Irlanda ta’ Fuq. 

Malta tilgħab kontra l-Irlanda ta’ Fuq nhar it-Tlieta 14 ta’ April, fis-7.00 pm. Il-logħba se tixxandar b’mod dirett fuq TVMSports+.

Id-difensura Stephania Farrugia u l-attakkanta Sara Saliba  rtiraw minħabba injury. Huma ġew sostitwiti mid-difensura ta’ Mgarr United, Maia Debono, u l-midfielder Veronique Mifsud, li tirritorna mat-team nazzjonali wara perjodu barra mill-azzjopni wara injury fl-ACL li ġarrbet is-sena l-oħra. Mifsud minn dakinhar irritornat fl-azzjoni ma’ Mgarr United.

L-iskwadra se tkun qed timmira li tagħti prestazzjoni dixxiplinata barra minn xtutna qabel ma ddawwar l-attenzjoni għal-logħba tar-ritorn f’Malta.

L-iskwadra finali hija:

Goalkeepers
Maya Cachia (Hibernians FC), Raisa Costantino (Pro Palazzolo, Italja), Giulia D’Antuono (Mġarr United FC)

Defenders
Maia Debono (Mgarr United), Tammy Falzon (Swieqi United), Jade Flask (Swieqi United FC), Alexandra Gatt (York City Ladies, Ingilterra), Oceane Grange (Freedom FC, Italja), Emma Lipman (Genoa CFC, Italja), Maya Lucia (Apollon Ladies FC, Ċipru), Emma Xuereb (Swieqi United FC).

Midfielders
Jana Barbara (VfR Warbeyen, Ġermanja, Brenda Borg (Mġarr United FC), Crista C. Ganado (Leicester City FC, Ingilterra), Rachel Cuschieri (Genoa CFC, Italja), Veronique Mifsud (Mgarr United), Nicole Sciberras (Hibernians FC), Shona Zammit (Swieqi United FC).

Forwards
Leah Ayres (Hibernians FC), Haley Bugeja (Inter Milan, Italja), Yulya Carella (Mġarr United FC), Lexine Farrugia (AS Roma, Italja), Maria Farrugia (Bristol City Women FC, Ingilterra), Kailey Willis (Venezia Calcio Femminile, Italja).