National Teams
Malta U21 se tilgħab żewg partiti ta' ħbiberija kontra San Marino
Published: 23-04-2025 12:30
It-Team Nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena se jiffaċċja lil San Marino darbtejn fi spazju ta’ ftit jiem fil-waqfa internazzjonali ta’ Ġunju.
Iż-żewġ partiti internazzjonali ta’ ħbiberija se jintlagħbu t-tnejn fl-Istadium Ezio Conti di Dogana, f’San Marino.
L-ewwel partita se tintlagħab, nhar l-Erbgħa 4 ta’ Ġunju, fis-6.00 pm li tkun segwita minn dik ta’ nhar is-Sibt, 7 ta’ Ġunju, fl-istess ħin.
Din se tkun it-tieni darba li t-team ta’ Taħt il-21 sena se jkun immexxi minn Davide Mazzotta. Fl-ewwel logħba tiegħu, Malta spiċċat fi draw ta’ 1-1 kontra l-Estonja.
Il-partiti ta’ ħbiberija kontra San Marino se jipprovdu aktar esperjenza internazzjonali lill-players żgħażagħ qabel ir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt il-21sena 2025-27, fejn Malta ttellgħet biex tilgħab fi Grupp F.
Il-grupp fih ukoll il-Ġermanja, Georgia, il-Greċja, l-Irlanda ta’ Fuq, u l-Latvja.