National Teams

IL-COACH MAZZOTTA JIFFINALIZZA L-ISKWADRA MALTIJA GĦALL-PARTITI KONTRA L-IRLANDA TA’ FUQ U GEORGIA U21

Published: 07-10-2025 10:10
DSCF8461.jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, ħabbar il-lista finali ta’ 23 player għall-partiti li ġejjin ta’ kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew.

Malta se tilgħab kontra l-Irlanda ta’ Fuq, nhar il-Ħamis 9 ta’ Ottubru, f’konfront li se jsir, fl-Oval f’Belfast. Il-partita, li tibda fit-8.45 pm se tixxandar dirett fuq TVMi.mt.

Wara din il-logħba, Malta tospita lil Georgia, fis-Centenary Stadium.  Il-partita se tintlagħab nhar it-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, fis-7.00 pm.

Il-biljetti għall-partita diġà huma għall-bejgħ u jistgħu jinxtraw mill-portal tal-biljetti tal-MFA. Barra minn hekk, il-logħba se tixxandar ukoll b’mod dirett fuq TVMSport+.

It-team, immexxi mill-coach Mazzotta u l-bqija tal-istaff tekniku, se jkun qed jimmira li jikseb l-ewwel punti tiegħu f’dawn iż-żewġ logħbiet wara t-telfa fl-ewwel ġurnata kontra l-Greċja.

Il-lista finali tara l-introduzzjoni ta’ Liam Frendo, Matthias Micallef, Kai Bartolo, u Gabriel Vella fit-tim, li jagħtu aktar għażliet lil Mazzotta għal dawn iż-żewġ partiti.

Il-lista finali hija:

Goalkeepers
Liam Frendo (Valletta FC), Karl Sargent (Gżira United), Hugo Sacco (Hibernians FC)

Difensuri
Nathan Cross (Birkirkara FC), Matteo Gambin (Fgura United), Finley Ging (Boston United – Ingilterra), Benjamin Hili (Balzan FC), Jake Micallef (Żabbar St Patrick FC), Matthias Micallef (Naxxar Lions FC), Deacon Abela (Gżira United), Sven Xerri (Ħamrun Spartans FC)

Midfielders
Jake Azzopardi (Valletta FC), Bjorn Buhagiar (Gudja United), Antiago De Flavia (Floriana FC), Jake Grech (Balzan FC), Daniel Letherby (Ħamrun Spartans FC), Giuseppe Bonanno (Naxxar Lions FC)

Attakkanti
Nicholas Agius (Żabbar St Patrick FC), Ensell Attard (Marsaxlokk FC), Shaisen Attard (Ħamrun Spartans FC), Kai Bartolo (Wealdstone FC – Ingilterra), Sean Gatt (Santa Lucia FC), Gabriel Vella (Tarxien Rainbows FC)