National Teams

IL-COACH NAZZJONALI TA’ TAĦT IS-17-IL SENA MACRI JSEJJAĦ L-ISKWADRA GĦAŻ-ŻEWĠ LOGĦBIET KONTRA LIECHTENSTEIN

Published: 25-09-2025 21:01
Malta U16 vs Armenia U16 24.02.25 - JC (4).jpg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt is-17-il sena, Francesco Macri, ħabbar l-iskwadra finali għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija internazzjonali kontra Liechtenstein.

Malta se tilgħab darbtejn barra minn xtutna kontra Liechtenstein fi spazju ta’ tlett ijiem, hekk kif it-team ikompli fil-proċess tal-iżvilupp tiegħu.

L-ewwel partita bejn iż-żewġ naħat se ssir nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru, f’Ruggell, Freizeitpark Widau f’Liechtenstein, fl-4.00 pm. It-tieni logħba se tintlagħab fl-istess ground nhar il-Ħadd, 28 ta’ Settembru, f’12.00 pm.

Dawn iż-żewġ logħbiet se jkunu ta’ importanza kbira għat-team Malti hekk kif qed jipprepara għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew UEFA 2026, fejn Malti ttellgħet fi Grupp 7, flimkien mas-Serbja, Turkija, u Bosnja Herzegovina.

L-iskwadra msejħa għal kontra Liechtenstien hija:

Goalkeepers
Jayden Spiteri (Valletta FC), Vincent Tabone (Lausanne Sport FC – Svizzera)

Difensuri
Danny Sammut Smith (Pietà Hotspurs FC), Zachary Hartvig (Birkirkara FC), Zayden Chetcuti (Mosta FC), Jayden Tabone (Mosta FC), Lydon Calleja Attard (Mosta FC), Leon Mifsud (Pietà Hotspurs FC)

Midfielders
Mattiaz Ancilleri (Valletta FC), Mattias Gatt Dimech Debono (Floriana FC), Karim Misurati (St Andrews FC), Julian Scicluna (Pietà Hotspurs FC), Kaylon Zammit (Pietà Hotspurs FC), Ryan Debono (Mosta FC), Caden Tanti (Genoa CFC – Italja)

Attakkanti
Justin Pena Serna (St Andrews FC), Miguel Farrugia (San Gwann FC), Luca Chetcuti (Mosta FC), Jamie Nwoko (St Andrews FC), Luca Castagna (Birkirkara FC)