National Teams

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-15-il sena Holland isejjaħ skwadra ta' 23 player għaż-żewġ kontra Ċipru

Published: 10-03-2025 12:10
Malta U15 vs Montenegro U15 25.11.2024 - Josef Borg (8) (1).jpeg
This article is also available in English.

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-15-il sena, Jonathan Holland, sejjaħ skwadra ta’ 23 player għal żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra Ċipru. 

L-ewwel logħba se tintlagħab proprju llum, fis-2.00 pm.  Din se tkun segwita mit-tieni partita li tintlagħab,  nhar il-Ħamis, 13 ta’ Marzu, fl-istess ħin. Iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.

Dawn il-partiti huma  vitali biex il-coach Holland ikompli jevalwa l-iskwadra u biex il-players żgħażagħ jiks­bu l-esperjenza meħtieġa kontra oppożizzjoni barranija.

L-iskwadra msejħa minn Holland hija:

Goalkeepers – Noah Mulholland (Hibernians FC), Deyan Gatt (Valletta FC)

Difensuri – Matteo Mangion (Hamrun Spartans FC), Andrei Agius (Pietà Hotspurs FC), Jayden Roe (Hibernians FC), Adam Miceli (San Gwann FC), Zayden Azzopardi (Hamrun Spartans FC), Liam Galea (Hibernians FC), Luke Buttigieg (St Andrews FC), Liam Gatt (Hibernians FC), Robbie Formosa (Hibernians FC), Giorgio Cristauro (Pietà Hotspurs FC), Jake Bonnici (Pietà Hotspurs FC)

Midfielders – Nicholas Busuttil (Melita FC), Nikolai Attard (San Gwann FC), Ayrem Aquilina (Valletta FC), Jerome Gaffiero (Birkirkara FC)

Forwards – Cole Zerafa (Hibernians FC), Kaden Camilleri (Hibernians FC), Lukas Wright (Queens Park Rangers FC – Ingilterra), Mateja Stevanovic (St Andrews FC), Matthew Higgans (Hamrun Spartans FC), Kenzil Vella (Hibernians FC)