National Teams

MALTA TEGĦLEB LIL KAZAKHISTAN FL-AĦĦAR LOGĦBIET TAL-KWALIFIKI TAL-KAMPJONAT EWROPEW TAN-NISA U19

Published: 01-12-2025 14:06
DSCF5528_1.jpg
DSCF4497_11.jpg
DSCF4440_9.jpg
DSCF4753_3.jpg
DSCF4930_4.jpg
DSCF4945_5.jpg
DSCF5023_2.jpg
DSCF5072_8.jpg
This article is also available in English.

KAMPJONAT TAN-NISA EWROPEJ TA' TAĦT ID-19-IL SENA
GRUPP B6
01.12.2025
Centenary Stadium, Ta’ Qali

KAZAKHSTAN…1
MALTA…3
(HT 0-1)

26’ Emma Sophia Flannery (MLT), 46’ Lexine Farrugia (MLT), 51’ Nyorah Celeste (MLT), 68’ Nazym Aldanazar (KAZ)

Malta ħarġet rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra l-Kazakhistan fl-aħħar logħba minn Grupp B6 tal-Kwalifiki tal-Kampjonat Ewrpew ta’ Taħt id-19-il sena tan-Nisa meta pproduċiet wirja professjonali.

Malta ħarġu ferm aggressivi, u wara ftit minuti Lexine Farrugia kellha x-xutt mill-viċin imblukkat mill-goalkeeper Ayana Toktarova.

Il-Kazakstan kellhom opportunità biex imorru fil-vantaġġ fit-tmien minuta, iżda l-konklużjoni ta’ Nazym Aldanazar spiċċat ferm għoli. 

Fil-21 minuta, Malta tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Crista Chetcuti Ganado kellha x-xutt tagħha mix-xellug salvat minn Toktarova filwaqt li r-rebound sussegwenti ġie mblukkat.

Fis-26 minuta, il-Maltin fetħu l-iskor meta wara taħwid fil-kaxxa tal-Kazakstan, b’numru ta’ tentattivi mit-team Malti jiġu mblukkati mill-goalkeeper u d-difensuri tal-Kazakstan, il-ballun eventwalment intemm għand Emma Sophia Flannery, li peremzz ta’ xutt b’saħħtu tefgħet il-ballun fix-xibka.

Fis-36 minuta, il-Maltin resqu viċin li jirdoppjaw meta l-ballun waqa’ f’saqajn Nyorah Celeste li kellha l-konklużjoni tagħha salvata.

Eżatt qabel il-mistrieħ, il-Maltin reġgħu heddew meta Suzanne Farrugia Sacco indirizzat cross fid-direzzjoni ta’ Farrugia, li iżda ma setgħetx tagħmel kuntatt mal-ballun.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin irduppjaw meta Chetcuti Ganado niżżlet il-ballun b’mod eċċellenti lejn Farrugia, li ma ħafritx.

Ħames minuti wara, l-iskor sar 3-0 favur pajjiżna, b’Chetcuti Ganado terġa’ tkun providenzjali meta inidirizzat cross li sab lil Nyorah Celeste, li mill-viċin tefgħet ġewwa.

Il-Kazakistan naqqsu l-marġni tal-iskor fit-68 minuta, meta minn azzjoni ta’ corner il-ballun intemm għand Aldanazar, li mill-viċin tefgħet il-ballun fix-xibka.

B’riżultat ta’ dan, Malta temmet l-avventura tagħha fil-kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew b’rebħa.

Kazakhstan
12 Ayana Toktarova (GK) (1 Didar Naken, 55’), 3 Azhar Shoketayeva (15 Aizada Adilbek, 28’), 4 Adeliya Bekkozhina, 6 Darya Tolkachyova (16 Ramina Omarova, 55’), 7 Zhanel Talasbayeva, 8 Nazym Aldanazar (C), 11 Elina Irismetova (5 Anel Dosbolova, 46’), 13 Medina Murat (10 Tomiris Rakhatzhan, 55’), 14 Aissana Zeken, 19 Zhansezim Aissapar, 20 Diana Sabyr
Coach: Zhanna Malgazhdarova

Malta
1 Erika Muscat (GK), 2 Thea Ida Scicluna, 3 Emma Sophia Flannery, 4 Amber Galea, 5 Francesca Bartolo, 7 Lexine Farrugia (C) (18 Shana Farrugia, 78’), 10 Nyorah Celeste, 13 Crista Chetcuti Ganado, 15 Suzanne Farrugia Sacco (6 Ema Micallef, 66’), 17 Lara May Azzopardi, 19 Stella Francalanza
Coach: David Attard

Referee: Teona Sturua (GEO)

Yellow cards: Nyorah Celeste (MLT), Aizada Adilbek (KAZ)