National Teams

Malta se tiffaċċja lil Bosnja Herzegovina f’partita ta’ ħiberija f’Ottubru li ġej

Published: 11-02-2025 11:50
Malta National Team.jpg
This article is also available in English.

Photo by Andre Farrugia

It-tim nazzjonali Malti se jilgħab kontra l-Bosnja Herzegovina f’partita internazzjonali ta’ ħbiberija, f’Ottubru li ġej.

Il-partita se tintlagħab, nhar il-Ħadd 12 ta’ Ottubru, 2025, fl-Istadium Nazzjonali, fis-7:00pm.

Dan il-konfront se jasal f’nofs ir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026, fejn Malta ttellgħet biex tilgħab fi Grupp G. Waqt il-logħob internazzjonali ta’ Ottubru, Malta hija skedata biex tilgħab f’pajjiżna kontra Spanja jew l-Olanda, nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, 2025.

Il-partita kontra l-Bosnja Herzegovina se tippermetti lill-kowċ nazzjonali l-ġdid, Emilio De Leo, biex ikompli jevalwa lit-tim qabel il-logħob internazzjonali ta’ Novembru, li fih Malta se taffronta lill-Finlanda u lill-Polonja.

Aktar informazzjoni dwar il-biljetti għall-imsemmija partita tkun disponibbli fil-futur qrib.