National Teams

MALTA SSOFRI TELFA DIFFIĊLI FL-EWWEL PARTITA MILL-KWALIFIKAZZJONI TAL-KAMPJONAT EWROPEW U/21

Published: 09-09-2025 21:49
WhatsApp Image 2025-09-09 at 20.53.59.jpeg
WhatsApp Image 2025-09-09 at 20.54.01.jpeg
WhatsApp Image 2025-09-09 at 20.54.00 (1).jpeg
WhatsApp Image 2025-09-09 at 20.54.01 (1).jpeg
WhatsApp Image 2025-09-09 at 20.54.00.jpeg
This article is also available in English.

LOGĦBA TA' KWALIFIKAZZJONI TAL-KAMPJONAT EWROPEW TA' TAĦT IL-21 SENA
09.09.2025
Centenary Stadium, Ta’ Qali

MALTA...0
GREECE...5
(HT 0-2) 

14’ Stavros Pnevmonidis (GRE), 45+2’ Georgios Koutsias (GRE), 54’ Georgios Koutsias (GRE), 63’ Stavros Pnevmonidis (GRE), 90’ Dimitris Rallis (GRE)

It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 Sena sofra telfa diffiċli ta’ 5-0 fil-logħba tal-ftuħ tal-kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew kontra l-Greċja, it-Tlieta filgħaxija. 

Il-Greċja mill-ewwel ħarġu fuq l-offensiva u fl-ewwel minuti bdew jippressaw lill-Maltin, b’Georgios Koutsias jindirizza l-ewwel xutt wara li daħal fil-kaxxa iżda spiċċa ferm barra. 

Il-Maltin bdew jidħlu fil-logħba  u saru aktar kunfidenti bil-ballun. Madankollu, fl-14-il minuta, il-Griegi fetħu l-iskor meta l-Maltin naqsu li jikklerjaw ballun fit-tul, li waqa’ għand  Stavros Pnevmonidis u b’xutt qawwi spara għal ġox-xibka.

Il-Maltin irriorganizzaw lilhom infushom fid-difiża sat-tmiem tal-ewwel taqsima u minkejja li l-Griegi sabuha diffiċli biex jippenetraw xorta waħda rduppjaw fil-ħin miżjud ... wara pass ħażin minn Luca Camilleri li spiċċa għand Koutsias, li llobja l-ballun f’xibka vojta ... biex daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ 2-0.

Il-coach, Davide Mazzotta, għamel żewġ sostituzzjonijiet fil-mistrieħ fejn daħħal lil Sean Gatt u Jake Grech – żewġ bidliet offensivi – u dan kellu impatt immedjat, hekk kif Malta bdiet tipprova tieħu l-inizjattiva u żżomm aktar il-pussess tal-ballun. Minkejja dan, il-Greċja sabu l-isapzju u b’kontrattakk veloċi, Koutsias ġera bil-ballun u għeleb lil Camilleri biex għamel l-iskor 3-0.

Fis-56 minuta, il-Greċja kellhom ċans iżidu l-iskor, meta pass preċiż sab lil Athanasios Koutsogoulas, iżda l-isforz tiegħu ġie salvat b’mod eċċellenti minn Camilleri. Ftit minuti wara, Malta avvanzaw ‘il fuq u wara passes intelliġenti, Jake Azzopardi sab l-ispazju barra l-kaxxa u spara xutt minn distanza, li iżda, intemm għoli. Fit-63 minuta, il-Griegi skorjaw ir-raba’ goal meta flikk sabiħ żmarka lil Pnevmonidis li ma ħafirx.

Il-Griegi komplew jippressaw sal-aħħar tal-logħba, iżda l-Maltin għalqu l-ispazji kollha li ma ppermettewx lill-avversarji jkomplu jheddu ... sakemm il-Griegi skorjaw il-ħames goal hekk kif Dimitris Rallis approfitta minn żball id-difiża Maltija u tefa’ l-ballun fix-xibka. 

Il-partiti li jmiss ta’ Malta huma  kontra l-Irlanda ta’ Fuq u l-Georgia, fid-9 u l-14 ta’ Ottubru, rispettivament.

Malta
1 Luca Camilleri (GK), 2 Sven Xerri, 3 Benjamin Hili, 4 Andy Borg, 5 Jake Vassallo, 6 Jake Micallef (C) (14 Jake Grech 46’), 7 Nathan Cross (20 Nicholas Agius 68’), 8 Jake Azzopardi, 9 Keyon Ewurum (19 Sean Gatt 46’), 10 Lucas Scicluna (16 Lucas Caruana 68’), 11 Joshua Pitts (17 Finley Ging 68’)
Coach: Davide Mazzotta

Greċja
1 Nikolaos Botis (GK), 2 Athanasios Koutsogoulas, 3 Noa Tzeims Alen, 4 Alexios Kalogeropoulos (C), 5 Christos Alexiou, 6 Theofanis Bakoulas (21 Evangelos Nikolaou 28’), 7 Stavros Pnevmonidis (17 Ioannis Gavriil Bokos 78’), 8 Konstantinos Gkoumas (18 Ioannis Apostolakis 78’), 9 Georgios Koutsias (11 Dimitris Rallis 57’), 10 Antonios Papakanellos (14 Ioannis Theodosoulakis 57’), 20 Adriano Bregou
Coach: Ioannis Taousianis

Referee: Milos Savovic