National Teams
TELFA RISTRETTA GĦAL MALTA KONTRA N-NORVEĠJA F’PARTITA EĊĊITANTI TA’ ĦAMES GOALS
Published: 16-07-2026 21:16





2026 EURO BEACH SOCCER LEAGUE – DIVISION B
16.07.2026, Batumi, Georgia
MALTA……...2
NORVEĠJA…3
It-team nazzjonali Malti tal-Beach Soccer tilef il-partita tiegħu tal-ftuħ tal-Euro Beach Soccer League 2026 f’konfront missielet kontra n-Norveġja, f’Georgia.
Malta ssieltet bis-sħiħ matul il-partita kollha, u minn tliet goals minn taħt kważi rnexxielha tikseb id-draw.
In-Norveġiżi fetħu l-iskor wara 2 minuti u 5 sekondi minn goal ta’ Hellebust. Erbgħin sekonda wara, huwa irduppjaw l-iskor meta Risanger sab ix-xibka b’xutt mill-viċin.
Fit-tieni perjodu, Malta ħarġet tattakka u kien hemm żewġ xuttijiet minn Venuto u Demanuele li t-tnejn laqtu l-lasta.

In-Norveġja reġgħu attakkaw u għamlu l-iskor 3-0, b’goal spettakolari ta’ Hellebust fit-12-il minuta u 17-il sekonda.
Malta reġgħet organizzat ruħha u kellha prestazzjoni tajba fil-logħob tagħha fit-tieni nofs, u naqqset id-distakk fit-22 minuta permezz ta’ penalty skorjat minn Andre Joe Cutajar, wara foul ta’ Gaare fuq Caruana fiż-żona tad-disa’ metri.
Malta ħolqot diversi opportunitajiet u ttestjat lill-goalkeeper, Norveġiż, b’xuttijiet minn diversi żoni tal-ground, iżda dan kien f’forma eċċellenti u wettaq għadd ta’ saves kruċjali.
It-tieni goal ta’ Malta wasal fit-tielet perjodu, meta Brandon Lee Bray ikkonverta free-kick dirett fil-35 minuta.

It-team immexxi mill-coach, Indrek Palm, kompla jippressa fit-tentattiv biex jikseb il-goal tad-draw fejn laqat il-lasta għal darb’oħra u kellu diversi opportunitajiet lejn tmiem il-logħba, iżda ma rnexxilux isib il-goal deċiżiv.
Malta tilgħab it-tieni partita tagħha tat-tournament nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Lulju, kontra t-team ospitu, Georgia, fis-7.00pm.
Malta
Muscat, Barbara, Desira, Caruana, Agius, Venuto (c), Schembri, Camenzuli, Cutajar, Barone, Bray, Cassar, Demanuele, Falzon.
Coach: Indrek Palm
Norveġja
Brekken, Gaare, Risanger, Paulos, Haga, Hellebust, Li, Haaland (c), Buland, Dyngeland, Skotty.
Coach: Rune Kandal
Referees:
1st - Andrei Karhu (Estonia)
2nd- Susanna Fiammetta (Italy)
3rd - Nail Naghiyev (Azerbaijan)
Timekeeper - Ago Kartmann (Estonia)
Koordinatur - Michele Conti (Italy)