National Teams
MALTA TWETTAQ RIMONTA DRAMMATIKA BIEX GĦELBET LIS-SLOVAKKJA WARA L-ĦIN BARRANI
Published: 19-07-2026 17:46







2026 EURO BEACH SOCCER LEAGUE – DIVISION B
19.07.2026, Batumi, Georgia
SLOVAKJA…3
MALTA...4
(Wara l-ħin barrani)
It‑Tim Nazzjonali Malti tal‑Beach Soccer wettaq rimonta drammatika, billi rkupra minn żvantaġġ ta’ tliet goals biex għeleb lil Slovakkja wara l-ħin barrani fil‑play‑offs tal‑klassifikazzjoni tal‑Euro Beach Soccer League 2026.

Is-Slovakkja bdiet b’saħħitha u fetħet l‑iskor wara minuta u 25 sekonda minn corner, meta Lipovsky qassam lil Smalik li xxuttja mill-ewwel bil-ballun iqarraq għal kollox bil-goalkeeper u spiċċa fix-xibka.
Is-Slovakki rduppjaw fit‑12‑il minuta u 23 sekonda tat‑tieni perjodu, b’rovexxjata minn Husty ... u 90 sekonda wara Slovakkja għamluha 3‑0 permezz ta’ gowl ieħor ta’ Lipovsky.
Malta ma ċedietx u naqqset id-distakk b’żewġ goals qabel ma ntemm it‑tieni perjodu. Jeremy Cassar skorja minn free‑kick u mbagħad Malta ingħatat penalty fit‑12‑il minuta u 13‑il sekonda wara li Demanuele ġie mbuttat fil-kaxxa. Claudio Venuto qarraq bill-goalkeeper u naqqas id-distakk.
Fit‑tielet perjodu, il-Maltin ħarġu fuq l-offensiva u ġew ippremjati meta, 48 sekonda qabel tmiem il-partita, Brandon Lee Bray skorja minn free‑kick biex kiseb id-draw.

Dan wassal biex il-partita tmur għall-ħin barrani.
Malta kisbet il-goal tar-rebħa 50 sekondi mit-tmiem biex evitat il-penalties. Kien il-goalkeeper, Brandon Muscat, venven xutt qawwi miż-żona tiegħu u ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper avversarju jsalva biex issiġilla r-rebħa għal 4-3.
B’riżultat ta’ dan, Malta temmet il-kampanja tagħha fid‑Diviżjoni B tal‑Euro Beach Soccer League 2026 b’nota pożittiva, wara tournament b’numru ta’ sfidi kontra oppożizzjoni b’saħħitha.

Slovakja
Polacek, Turon, Hrnciar, Smalik (c), Volkay, Drahos, Kanyai, Lipovsky, Chvostek, Husty, Letko
Coach: Marian Drahos
Malta
Muscat, Barbara, Desira, Caruana, Agius, Venuto (c), Schembri, Camenzuli, Cutajar, Barone, Bray, Cassar, Demanuele, Falzon
Coach: Indrek Palm
Referees:
1st - Kakha Vasadze (Georgia)
2nd - Mikheili Kupatadze (Georgia)
3rd - Ago Kartmann (Estonja)
Timekeeper - Dmytro Dudka (Ukrajne)
Coordinator - Michele Conti (Italja)