National Teams

IL-MALTIN JIBQGĦU JISSIELTU MINKEJJA TELFA FL-EWWEL PARTITA TA’ LEAGUE B

Published: 03-03-2026 17:22
DSCF4843_8.jpeg
DSCF4313_6.jpeg
DSCF4240_5.jpeg
DSCF4724_9.jpeg
DSCF4817_7.jpeg
DSCF5757_3.jpeg
DSCF5327_2.jpeg
This article is also available in English.

2027 FIFA TAZZA TAD-DINJA TAN-NISA – KWALIFIKAZZJONI TAL-EWROPA - GRUPP B2
Pendik Stadium, Istanbul, 03.03.2026

TURKIJA…3
MALTA…0
(HT 2-0)

7’ Lexine Farrugia OG (TUR), 29’ Ebru Topçu (TUR), 88’ Arzu Karabulut (TUR)

It-team nazzjonali tan-Nisa beda l-kampanja tiegħu ta’ Kwalifikazzjoni Ewropea Grupp B2 b’telfa ta’ 3-0 kontra t-Turkija, it-Tlieta wara nofs in-nhar.

Malta kellhom l-opportunitajiet tagħhom, iżda t-team ospiru kkontrolla partijiet kbar tal-logħba.

Il-Maltin kellhom bidu diffiċli, hekk kif it-team ospitu deher perikoluż minn sitwazzjonijiet ta’ set-pieces. It-Turkija fetħu l-iskor fis-seba’ minuta meta minn azzjoni ta’ corner, Lexine Farrugia, ikkommettiet auto-goal fit-tentattiv li tikklerja l-ballun.

Fis-17-il minuta, it-Torok resqu viċin li jirduppjaw meta minn azzjoni ta’ free-kick, kien hemm taħwida fil-kaxxa, iżda d-difiża Maltija rnexxielha tbiegħed il-periklu.

Wara li sofrew goal kmieni, il-Maltin ippruvaw jikkalmaw u jissetiljaw iżda t-Torok eventwalment skorjaw it-tieni goal meta d-difiża tilfet il-pussess tal-ballun biex Ebru Topcu approfittat u b’xutt qawwi għelbet lil Giulia D’Antuono.

It-team ospitu kompla jagħmel pressjoni fuq id-difiża Maltija fl-ewwel taqsima, iżda t-team ta’ Manuela Tesse xejjen kull attakk. 

Wara l-mistrieħ, il-Maltin ippruvaw jgħollu r-ritmu u fil-50 minuta, resqu viċin meta Maria Farrugia sabet ruħha wiċċ imb wiċċ ma’ Selda Akgoz, iżda l-captain Torka salvat tajjeb  peró, il-player Maltija nqabdet f’pożizzjoni ta’ offside. 

Fis-67 minuta, reġgħu resqu viċin li jnaqqsu d-distakk, meta Haley Bugeja żmarkat lil Maria Farrugia li ppruvat xutt bix-xellug minn tarf il-kaxxa, iżda l-ballun għadda ftit ‘il fuq mil-lasta.

Ftit mumenti wara, it-Turkija kienu għoddhom kabbru l-iskor iżda d-difensura Maltija, Maya Lucia, kienet puntwali biex imblukkat fil-ħin. F’attakk ieħor tat-Torok, Selen Altunkulak ippruvat taħsad lil D’Antuono iżda l-goalkeeper Maltija salvat tajjeb.

It-team immexxi minn Tesse, kompla jiddefendi tajjeb ... sakemm, fit-88 minuta, Arzu Karabulut sabet l-ispazju fil-kaxxa biex issiġillat ir-rebħa għal skor finali ta’ 3-0. 

It-team jerga’ jkun fl-azzjoni, nhar is-Sibt filgħaxija, meta jospita lill-Isvizzera, fis-Centenary Stadiuim, fis-7.00pm.

Turkija
1 Selda Akgöz (GK) (C), 2 Meryem Küçükbirinci, 3 Fatma Şakar (17 İlayda Civelek, 72’), 4 Eda Karataş, 6 Selen Altunkulak (7 Arzu Karabulut, 84’), 9 Kader Hançar (22 Melike Öztürk, 84’), 10 Ebru Topçu, 14 Halle Houssein (18 Başak İçinözbebek, 78’), 16 Ece Türkoğlu (11 Miray Cin, 72’), 19 Busem Şeker, 20 Elif Keskin
Coach: Necla Gungor Kiragasi

Malta
1 Giulia D’Antuono (GK), 4 Emma Lipman (C), 5 Stephania Farrugia, 7 Lexine Farrugia (15 Sara Saliba, 78’), 8 Yulya Carella (22 Leah Ayres, 62’), 10 Maria Farrugia, 11 Jade Flask, 17 Brenda Borg (3 Emma Sophia Flannery, 89’), 18 Emma Xuereb (13 Maya Lucia, 46’), 20 Nicole Sciberras (14 Shona Zammit, 62’), 21 Haley Bugeja
Coach: Manuela Tesse

Referee: Eugenia Gil Soriano (ESP)

Ammoniti: Emma Xuereb (MLT), Kader Hançar (TUR), Nicole Sciberras (MLT), Emma Lipman (MLT), Jade Flask (MLT)