National Teams

MALTA TIKSEB IT-TIENI REBĦA FIL-UEFA DEVELOPMENT TOURNAMENT U15 B’WIRJA DOMINANTI KONTRA LIECHTENSTEIN

Published: 02-10-2025 11:57
Malta U15 vs Liechtenstein - 02.10.25.jpg
Malta U15 vs Liechtenstein - 02.10.25 (1).jpg
Malta U15 vs Liechtenstein - 02.10.25 (2).jpg
Malta U15 vs Liechtenstein - 02.10.25 (3).jpg
Malta U15 vs Liechtenstein - 02.10.25 (4).jpg
Malta U15 vs Liechtenstein - 02.10.25 (6).jpg
Malta U15 vs Liechtenstein - 02.10.25 (7).jpg
Malta U15 vs Liechtenstein - 02.10.25 (9).jpg
This article is also available in English.

UEFA U15 DEVELOPMENT TOURNAMENT
Centenary Stadium, 02.10.2025

MALTA…2
LIECHTENSTEIN…0
(HT 1-0)

42’ Enzo De Freitas Romao (MLT), 55’ Declan Roosevelt Zammit (MLT)

Malta rreġistrat it-tieni rebħa konsekuttiva fil-UEFA Development Tournament U15, meta għelbu lil Liechtenstein bl-iskor ta’ 2-0, nhar il-Ħamis. 

Malta bdiet b’mod simili  kif fetħet il-partita kontra San Marino b’kontroll assolut tal-andament tagħha. 

Madankollu fil-bidu, il-Maltin sabu diffikultà biex joħolqu l-opportunitajiet, b’Liechtenstein jagħlqu kull spazju fid-difiża.

Fit-30 minuta, Declan Roosevelt Zammit ittanta xortih b’xutt minn tarf il-kaxxa iżda l-goalkeeper Kenny Messeiller salva faċilment.

Fl-41 minuta, il-Maltin ingħataw penalty wara li Enzo De Freitas Romao twaqqa’ fil-kaxxa ... u mill-11-il metru, l-istess player xeħet il-ballun fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.

Fit-tieni taqsima, il-Maltin kompew jheddu, b’Giuseppe Melarosa jkun l-aktar li ddistingwa lilu nnifsu f’nofs il-ground.  Fil-55 minuta, rduppjajna l-vantaġġ meta Melarosa sab lil Romao, li kompla lejn Jake Joseph Camilleri li x-xutt tiegħu ġie salvat parzjalament u Zammit kien pront biex mir-rebound tefa’ ġewwa.

Fit-63 minuta, Zammit seta’ kabbar il-vantaġġ meta minn pożizzjoni ideali fajjar xutt iżda Messeiller salva tajjeb.

Il-Maltin komplew jagħfsu għat-tielet goal fejn kontinwament ippressaw lid-difiża ta’ Liechtenstein. Iżda l-partita spiċċat f’rebħa ta’ 2-0. 

Il-partita finali ta’ dan it-tournament se  tintlagħab, il-Ħadd 5 ta’ Ottubru, 2025, kontra Andorra, fl-10.00 am.

Malta
12 Sheldon Xerri (GK), 2 Jake Joseph Camilleri (16 Edward Pace, 57’), 18 Luke Mifsud (3 Andvic Inguanez, 57’), 4 Nikolai Vella Giordimaina (17 Nathan Azzopardi, 80’), 5 Zven Cutajar (C), 6 Isaac Montebello (19 Lee Bonanno, 73’), 7 Elijah Olorundare (13 Kaisaac Vella Brincat, 80’), 8 Jesmar Spiteri, 20 Declan Roosevelt Zammit (9 Andreas Mangion, 73’), 10 Giuseppe Melarosa (14 Yan Calleja, 73’), 11 Enzo De Freitas Romao (15 Jan Grech, 80’)
Coach: Jonathan Holland

 Liechtenstein
1 Kenny Messeiller (GK), 3 Georg Erbach, 4 Levin Keel, 8 Luan Roperti (9 Nava Dill, 19’), 10 Noel Telser (C), 11 Gian Ackermann (6 Nevio Baumann, 57’), 14 Jakob Gyaja (20 Noah Matt, 77’), 15 Leandro Haas (16 Lenny Hoch, 57’), 17 Max Kaiser, 18 Nevio Berger (7 Levin Marxer, 57’), 19 Dario Rotunno (13 Henri Kranz, 77’)
Coach: Simone Troisio

Ammonit: Andvic Inguanez (MLT)