National Teams

Malta tirreġistra rebħa storika fil-Euro Beach Soccer League

Published: 25-07-2025 14:27
QV5A0594_1.jpg
QV5A0615_3.jpg
QV5A0629_6.jpg
QV5A0611_7.jpg
QV5A0607_5.jpg
This article is also available in English.

It-team nazzjonali Malti tal-Beach Soccer kiseb riżultat mill-aqwa nhar, il-Ġimgħa 25 ta’ Lulju 2025, fejn irreġistra l-ewwel rebħa tiegħu fil-Euro Beach Soccer League.

Il-logħba, li ntlagħbet kontra n-Norveġja fid-Diviżjoni B, saret fi Stabia Beach Arena, f’Castellammare di Stabia.

Taħt it-tmexxija tal-coach, Marco Casarsa, il-Maltin approfittaw mill-fatt li fit-tieni perjodu, tkeċċa n-Norveġiż,  Amund Haaland Aano. Eżatt wara din it-tkeċċija  Malta ħadet vantaġġ sħiħ u skorjat ftit wara permezz ta’ Joe Schembri. 

It-team immexxi mill-coach Casara, kompla jibni l-momentum wara l-ewwel goal, u Daryl Micallef irdoppja l-vantaġġ ftit mumenti wara.

Għaldaqstant, il-Maltin bdew it-tielet perjodu b’vantaġġ ta’ żewġ goals u ftit wara huma komplew iżidu l-iskor b’Micallef iniżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers. Malta kellha numru ta’ ċansijiet biex tkompli tkabbar il-vantaġġ tagħha iżda ma rnexxilhiex tagħmel dan

In-Norveġiżi għamlu reazzjoni u lejn l-aħħar u skorjaw darbtejn minn  Andreas Skotheimsvik u Sebastian Haga biex naqqsu d-distakk għal skor ta’ 3-2.

Malta se timmira li ssegwi r-riżultat impressjonanti tagħha bi prestazzjoni pożittiva oħra, is-Sibt 26 ta’ Lulju, din id-darba kontra r-Rumanija, fin-12.30pm.

L-aħħar logħba ta’ dan il-mini-tournament li se tintlagħab, nhar il-Ħadd, 27 ta’ Lulju, fil-11.15am, se tkun kontra l-Kazakhstan.